Home One News Jum San Valentinu b’differenza għall-koppji omosesswali fil-Ġappun

Jum San Valentinu b’differenza għall-koppji omosesswali fil-Ġappun

10
0
SHARE
Advertisement

 

Jum San Valentinu b’differenza għal 13-il koppja omosesswali fil-Ġappun, hekk kif ingħaqdu flimkien u ħadu azzjoni legali kontra l-Gvern fejn talbu għad-dritt biex jiżżewġu.


Huma argumentaw li l-fatt li qed jiġu mċaħħda milli jiżżewġu, jikser id-drittijiet kostituzzjonali tagħhom.

Jekk il-Qrati Ġappuniżi jaqblu, ikun ifisser li ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess isir legali fil-pajjiż.

Il-Ġappun huwa l-uniku pajjiż tal-G7 li ma jippermettix żwieġ bejn koppji omosesswali.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here