Home One News Il-Professur Timmy Gambin se jagħti lecture

Il-Professur Timmy Gambin se jagħti lecture

3
0
SHARE
Advertisement

Wara iktar minn 10 snin ta’ esplorazzjoni ta’ taħt il-baħar fil-bajja tax-Xlendi, tim immexxi mill-Università ta’ Malta ppjana l-ewwel skavar arkeoloġiku fid-dinja fil-bajja tax-Xlendi. L-għaddasa ninżlu fond ta’ 110 metri. 

Din it-taħdita tiġbor l-aspetti relatati mal-loġistika qabel l-inżul tal-għaddasa, metodoloġiji ġodda li jintużaw f’dan ix-xogħol xjentifiku u kif ukoll ir-riżultati li ħarġu minn żewġ staġuni ta’ investigazzjonijiet.

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Frar 2019, il-Professur  Timmy Gambin, lettur fid-Dipartiment tal-Arkeoloġija Marittima fid-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta se jagħti lecture bl-isem  “Scratching below the surface…excavating the Phoenician shipwreck off Gozo”. Il-preżentazzjoni hija parti minn programm tas-Soċjetà tal-Arkeoloġija Maltija u se ssir fis-6pm  fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here