Home One News Ħadd m’għandu jsemmi isem Malta fil-batal għal skopijiet politiċi – James Grech

Ħadd m’għandu jsemmi isem Malta fil-batal għal skopijiet politiċi – James Grech

7
0
SHARE
Advertisement

Il-kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew James Grech qal li l-għaliha li ħa jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew hija missjoni u mhux karriera.

F’attività politika, Grech li huwa direttur f’bank ewlieni f’Malta, qal li l-moviment Laburista wassal biex Malta tkun ta’ eżempju għal pajjiżi membri Ewropej. Qal li l-mudell ekonomiku tagna huwa eżempju ċar ta’ kif tista’ tissaħħaħ l-ekonomija u tkattar ix-xogħol u żżid il-flus fil-but tal-familji. Dan minkejja l-ħsara li għamlu l-membri parlamentari Nazzjonalisti fi Brussel.

James Grech sostna li quddiemna hemm bosta sfidi li huwa lest li jagħti l-kontribu t tiegħu bħal dejjem għall-ġid ta’ pajjiżna. Qal li l-ħidma tiegħu tul il-kampanja elettorali se jiffokaw diversi oqsma fosthom dak finanzjarju ewropew. Sostna li għandu jinħoloq bilanċ fuq ir-regolamenti li qed jagħfsu lill-klijenti ż-żgħar u l-kumpaniji għad-detriment ta’ investiment ġdid.

L-ambjent, l-ekonomija Ewropea u l-immigrazzjoni huma tliet oqsma oħra li se jitfa’ ħarstu fuqhom tul il-kampanja. Huwa temm jgħid li ħadd m’għandu jsemmi Malta fil-batal għal skopijijiet poltiċi u sosnta li barra minn xtutna għandna naġixxu dejjem bħala poplu wieħed.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here