Home Newsbook Ordnata tħallas €55,000 l-kumpanija tal-blockchain li keċċiet il-ħaddiema

Ordnata tħallas €55,000 l-kumpanija tal-blockchain li keċċiet il-ħaddiema

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti ordnat lill-kumpanija DQR-X Limited tħallas iktar minn €55,000 lil kumpanija oħra. DQR-X Limited hi parti minn grupp DQR li għandu diversi kumpaniji fi ħdanu. Ix-xahar li għadda l-kumpanija DQR kienet keċċiet il-maġġorparti tal-ħaddiema tagħha.

AQRA: Kumpanija tal-blockchain tkeċċi l-ħaddiema; il-partiti b’botta u risposta

F’April 2018 kien ġie mħabbar li l-grupp DQR kien beħsiebu jirilokka il-kwartieri tiegħu f’Malta. Dan kien sar fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri.

F’Qorti preseduta mill-Imħallef Wenzu Mintoff, il-Qorti laqgħet it-talba tal-kumpanija li tipprovdi servizzi relatati ma’ risk management, due diligence, konsulenzi lill-kumpaniji oħra dwar it-tnaqqis ta’ riskju fost affarijiet.

Fid-29 ta’ Jannar 2018 DQR-X kienet qabdet lill-kumpanija oħra għall-konsulenzi fir-rigward ta’ risk management konness mal-operat u n-negozju ta’ DQR-X li kellha topera cryptocurrency exchange. DQR-X kellha bżonn ukoll servizzi marbuta mal-anonimità tal-individwi konnessi man-negozju, is-sigurtà tal-informazzjoni, il-ħasil tal-flus, sigurtà personali, trasport u event management. L-għada tal-laqgħa li saret bejn iż-żewġ kumpaniji. L-għada l-kumpanija bagħtet il-kuntratt filwaqt li fi Frar DQR-X irċievet l-ewwel kont tagħha mingħand il-kumpanija. Il-kont kien b’sitt xhur il-quddiem.

Id-direttur tal-kumpanija DQR-X, Kristian Haehndel, informa lil l-kumpanija mingħand min xtraw is-servizzi li kien se jħallas biss għal tliet xhur, liema flus tħallsu u ħarġu mill-kont personali tiegħu. Huwa ħallas €34,456 għal tliet xhur.

F’Mejju 2018 huma estendew is-servizz, filwaqt li tħallsu ta’ Mejju u Ġunju f’arretrati fl-aħħar tax-xahar. Filwaqt li għas-servizzi ta’ Lulju u Diċembru 2018 il-kumpanija baqgħet ma tħallsietx. Il-kumpanijia ffirmat kuntratti ta’ tliet propjetà f’isem uffiċjali għolja ta’ DQR-X.

Il-Qorti ordnat lil DQR-X tħallas €55,868.21 dovuti lill-kumpanija li mingħandha ħadet is-servizzi flimkien mal-imgħaxijiet legali mill-kontijiet sa meta jsir il-pagament.

The post Ordnata tħallas €55,000 l-kumpanija tal-blockchain li keċċiet il-ħaddiema appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here