Home Newsbook Kumpens ta’ €6,000 għal missier Maximilian Ciantar

Kumpens ta’ €6,000 għal missier Maximilian Ciantar

11
0
SHARE
Advertisement

€6,000 f’kumpens ġew ordnati li jingħataw lil Emanuel Ciantar u lill-kumpanija tiegħu wara deċiżjoni mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Ciantar jiġi missier Maximillian Ciantar, raġel li fl-2010 kien tajjar żewġt ibniet tewmin minn quddiem l-iskola ta’ Ħ’Attard. Fl-2014 huwa kien ħabat f’karozza u allegatament hedded il-mara li kienet qed issuq il-vettura l-oħra, qabel ma ħarab minn fuq il-post. Tal-każ tal-aħħar huwa ġie kkundannat 9 xhur ħabs u ttieħdietlu l-liċenzja tas-sewqan għal sentejn.

AQRA: Raġel lura l-ħabs wara li tajjar mara u baqa’ sejjer

AQRA: Maximilian Ciantar lura l-Qorti akkużat b’attentat ta’ serqa

AQRA: Maximilian Ciantar lura l-ħabs

Fl-2012 Maximillian Ciantar kien instab ħati fuq każ ieħor fejn kien saq karozza meta din kienet irreġistrata fuq missieru. Il-karozzi użati fl-inċident ta’ Ħ’Attard u dan tal-aħħar ġew ikkonfiskati mill-Qorti. Emanuel Ciantar kien fetaħ kawża ċivili bil-Qorti Kostituzzjonali tordna li għandu jingħata l-karozzi lura u kumpens ta’ €300.

Fi Frar 2015, Emanuel Ciantar fetaħ każ quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem kontra Malta, fejn huwa talab għal kumpens minħabba li ma setgħax jagħmel użu mill-karozzi tiegħu. Il-każ kien miftuħ f’ismu u isem il-kumpanija tiegħu bl-avukat Joe Brincat jidher għalih.

Ilbieraħ il-Qorti Ewropea ordnat li Ciantar jingħata kumpens ta’ €6,000 fi żmien tliet xhur. F’każ li dan ma jseħħx huwa għandu jingħata l-kumpens li fuqu tkun applikata rata ta’ interess.

The post Kumpens ta’ €6,000 għal missier Maximilian Ciantar appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here