Home Newsbook Avviż dwar it-tikketti ta’ 3 ċikkulati

Avviż dwar it-tikketti ta’ 3 ċikkulati

11
0
SHARE
Advertisement

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża lill-pubbliku biex dawk il-persuni li jbatu minn xi tip ta’ allerġija ma jikkunsmax tliet tipi ta’ ċikkulata, minħabba li t-tikketta mhux bil-lingwa uffiċjali.

L-avviż ħareġ fuq it-Twix, l-iSnickers u l-Mars li għandhom tikketta iżda li din mhix bil-lingwa uffiċjali u għaldaqstant l-ingredjenti indikati li jistgħu jikkawżaw allerġiji fuq it-tikketta jistgħu ma jintgħarfux.

L-ingredjenti li jistgħu jikkawżaw l-allerġiji huma qamħ, ħalib, soja, ġellewż, lewż, karawett, bajd, xgħir u ħafur.

Dan l-avviż ġie maħruġ skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE).

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal ukoll li l-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt miegħu permezz tat-telefon fuq 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

The post Avviż dwar it-tikketti ta’ 3 ċikkulati appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here