Home One News Wasal il-Karnival – Jitnieda dak tan-Nadur

Wasal il-Karnival – Jitnieda dak tan-Nadur

3
0
SHARE
Advertisement

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha attendew kemm il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis u, is-Sindku tan-Nadur Edward Said, ġie imniedi l-Karnival tan-Nadur.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Ministeru jinsab kommess li jkompli jippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta għal matul is-sena kollha u dan permezz ta’ diversi attivitajiet u inizjattivi. Fost l-attivitajiet hemm ukoll il-karnival li l-Ministeru jorganizza taħt il-kappa tal-Karnival Reġjonali għal Għawdex.

Il-Ministru Caruana qalet li l-karnival li jsir fin-Nadur jsir b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali. Kemm il-karnival spontanju kif ukoll dak organizzat qed isiru b’mod kordinat biex ikollna program b’saħħtu li jattira l-udjenza li tħobb il-karnival. Għal dan il-għan, il-Ministeru qed jinvesti wkoll fondi mhux biss għal Karnival Reġjonali imma wkoll billi għall-ewwel darba fl-2018 ġie intordott il-karnival tas-sajf li għalih attendew ħafna dilettanti tal-karnival.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li l-Kunsill Lokali, bħala l-entità li hija l-aktar viċin in-nies, irid jirrispondi għall-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadin u jrid iżomm il-lokalitajiet ħajjin, u l-Kunsill Lokali tan-Nadur, bħal ħafna kunsilli lokali oħra, qiegħed jagħmel propju dan.

Parnis qal ukoll li jinsab konvint li minbarra li se toħloq aktar sens ta’ unità u se tippromwovi l-aspett tradizzjonali, din l-attività sussidjata taħt l-iskema Attivitajiet Kulturali bħas-snin l-oħra preċedenti, se tagħti spinta kemm kulturali kif ukoll turisitka. Huwa awgura wkoll li l-attività jkollha s-suċċes tagħha bħas-snin ta’ qabel.

Is-Sindku tan-Nadur, Edward Said, irringrazja kemm lill-Ministeru għal Għawdex kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet għas-sostenn biex titella’ attività bħal din. Is-Sur Said qal li r-raħal tan-Nadur sar sinonimu mal-Karnival f’Għawdex fejn ta’ kull sena jattira numru kbir ta’ viżitaturi. Il-Kunsill Lokali tan-Nadur jorganizza kemm il-karnival organizzat li ser isir nhar l-24 ta’ Frar u jibda fin-12.30pm kif ukoll dak spontanju li ser isir bejn l-1 u 5 ta’ Marzu, dejjem wara nżul ix-xemx.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here