Home One News Tentattivi partiġġjani ikomplu jtellfu l-fiduċja tan-nies fl-istituzzjonijiet – MEP Miriam Dalli      

Tentattivi partiġġjani ikomplu jtellfu l-fiduċja tan-nies fl-istituzzjonijiet – MEP Miriam Dalli      

10
0
SHARE
Advertisement

Fil-Parlament Ewropew, l-MPE Miriam Dalli telenka numru ta’ punti fir-riżoluzzjoni dwar Malta u l-Islovakkja li ma jirriflettux il-verità.

Wara diskussjoni li saret ilbieraħ filgħaxija fil-kumitat tal-libertajiet ċivili dwar riżoluzzjoni li fiha tissemma Malta, l-MPE Miriam Dalli sostniet li din ir-riżoluzzjoni qed tintuża għal skopijiet partiġġjani.

“Jekk qatt kelli xi dubju li din ir-riżoluzzjoni qed tintuża għal kampanja partiġġjana ta’ xi wħud, illum neħħejt dak id-dubju,” qalet Dalli, wara intervent tal-MPE Nazzjonalista Roberta Metsola, li qalet li f’Malta, ir-rappreżentanti tal-S&D qed “iwerżqu b’mod isteriku” u kompliet tuża kliem bħal “little populists banging their fists”.

“Xbajt nara MEPs tal-Partit Nazzjonalista jpoġġu l-interess partiġgjan qabel l-interess nazzjonali. Li tgħid il-fatti kif inhuma hija konsistenza u mhux isteriżmu,” qalet Miriam Dalli.

“Hija ħasra li l-Parlament Ewropew se jintalab jivvota fuq riżoluzzjoni li tħalli barra numru ta’ fatti importanti li se jservu biss biex jaljenaw liċ-ċittadini minn din l-istituzzjoni.”

Dalli qalet li dan il-gvern qed jaħdem biex jirriforma liġijiet li ilhom hemm is-snin, inkluż tul il-25 sena li fihom kien hemm gvern Nazzjonalista. Iżda meta wieħed jaqra din ir-riżoluzzjoni, jieħu l-impressjoni li xejn jew vera ftit qed iseħħf’dan ir-rigward.

Fost oħrajn, Miriam Dalli rreferiet għal kif ir-riżoluzzjoni qed titlob għall-inkjesta pubblika fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Filwaqt li l-Gvern qatt ma eskluda li jkun hemm tali inkjesta, Dalli qalet li ħadd ma jrid jippreġudika l-każ, bħalma ġara fil-każ tal-eks chairman tal-Enemalta fejn il-Qorti Kostituzzjonali sabet ksur tad-dritt għal fair hearing.

Semmiet ukoll li, filwaqt li r-riżoluzzjoni ssemmi li hemm liġijiet biex jiffrustraw il-ġurnalisti, ma ssemmiex li kien dan il-Gvern li rriforma l-liġi tal-istampa u li saħansitra kien hemm numru ta’ każijiet fil-passat meta eks ministri u eks-uffiċjali tal-Gvern Nazzjonalisti heddew lill-ġurnalisti u camerapersons b’ħabs u arresti.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here