Home Net News Stimi ġodda juru li ser jiġu d-doppju ħaddiema Torok

Stimi ġodda juru li ser jiġu d-doppju ħaddiema Torok

13
0
SHARE
Advertisement

Qed jgħidu li fil-jiem li ġejjin se jinġiebu mijjiet ta’ Torok biex jaħdmu fil-kostruzzjoni – issa, Net News jista’ jiżvela li l-ammont jista’ jqarreb il-5,000 persuna.

Kien fi tmiem il-ġimgħa meta ħarġet l-aħbar illi 2,500 ħaddiem mit-Turkija se jinġiebu f’Malta biex jaħdmu fuq sensiela ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni madwar il-pajjiż f’dik li qed titqies bħala mossa oħra li se ġġib lejn Malta influss f’daqqa ta’ barranin.

Din il-mossa tal-Gvern kienet żvelata mit-Times of Malta hekk kif fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet bejn JobsPlus u l-kumpanija TACA Construction, li mistennija jġib lil dawn il-barranin f’Malta.

Jidher iżda li dan l-ammont kien approssimattiv ferm. Dan għaliex, iċ-ċifra proprja ta’ ħaddiema Torok se tkun qed tqarreb il-5,000 – influss ta’ 5,000 persuna f’daqqa, li ħafna minnhom…skont is-sorsi li tkellmu magħna… se jintużaw biex isir il-proġett tal-flyovers tal-Marsa.

L-indikazzjonijiet li ħarġu mir-rapporti tal-aħħar jiem juru li l-ħaddiema Torok se jitħallsu b’paga baxxa meta mqabbel mal-pagi fis-settur tal-kostruzzjoni fil-preżent u saħansitra se jintefgħu f’kontejners simili għal dawk li wieħed isib fiċ-ċentru tar-refuġjati ta’ Ħal Far.



The post Stimi ġodda juru li ser jiġu d-doppju ħaddiema Torok appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here