Home One News Sitt rebħiet għal Rodney Gatt fi tmiem il-Ġimgħa

Sitt rebħiet għal Rodney Gatt fi tmiem il-Ġimgħa

6
0
SHARE
Advertisement

Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-Korsa tal-Marsa saru total ta’ 16 il-tiġrija tat-trott li nofshom kienu kwalifikattivi mill-Kampjonat Assikura riservat għall-Klassi Bronze. Is-sewwieq Rodney Gatt reġa’ kien protagonist meta rebaħ total ta’ 6 tiġrijiet fosthom it-tiġrija ta’ l-ogħla klassi tal-Ħadd hekk kif iż-żiemel Up And Go irreġistra t-tieni rebħa tiegħu minn daqstant tiġrijiet f’Malta. Huwa rnexxielu wkoll jirbaħ 4 heats mill-Kampjonat Assikura għall-Klassi Bronze biż-żwiemel Ugolin du Rib, Dollydoo Laday, Runway u Dehande kif ukoll tiġrija għall-Klassi Copper b’Magic Melon.

It-tiġrija tal-Premier tas-Sibt rat rebħa għad-debuttant Ugo du Fosse misjuq minn sidu Chris Vassallo f’tiġrija bi tmiem eċitanti. Ami Toon’s misjuq minn Dylan Gatt, After Visais u Doneisdone misjuqa minn Noel Baldacchino kif ukoll Viens Tu Diego misjuq minn Charles Camilleri rebħu tiġrijiet tal-klassi Silver. Voila Dry misjuq minn sidu Ivan Bilocca ħareġ rebbieħ fi Klassi Copper.

Mill-kampjonat Assikura Klassi Bronze il-heats l-oħra ntrebħu minn Duc d’Haufor taħt il-gwida ta’ Redent Magro, Fakir Haleryd misjuq minn Raymond Schembri, Tinus Moseby misjuq minn Marco Refalo u Largo Launcher misjuq minn sidu Darren Grima.

Il-Ħadd li ikun hemm programm ieħor ta’ tiġrijiet li jinkludu s-semi finali tal-Kampjonat Assikura għall-Klassi Gold.

Ritratt: Alex Azzopardi

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here