Home Net News Sidien ta’ propjeta’ mikrija lill-Banda San Ġiljan jingħataw €300,000 bħala kumpens

Sidien ta’ propjeta’ mikrija lill-Banda San Ġiljan jingħataw €300,000 bħala kumpens

8
0
SHARE
Advertisement

Sidien ta’ propjeta prominenti quddiem il-baħar, mikrija lill-Banda San Ġiljan 90 sena ilu, ingħataw is-somma ta’ €300,000 bħala kumpens morali u ħsara pekunarja għal fuq drittijiet mittiefsa dwar il-propjeta’.

F’każ li ilu jkarkar għal 19-il sena, li nbeda minn ċerta Anna Galea u li tkompli mis-suċċessuri tagħha, l-familja Galea Salamone, flimkien mal-kumpanija Mercury Investments Ltd, spiċċa b’sentenza fil-Qorti li laqgħet it-talba li d-drittijiet fundamentali tagħhom tat-tgawdija tal-propjeta’ kienu mittiefsa.

Il-propjeta’ li tinsab fi Triq San Ġorġ kienet mikrija mis-sid oriġinali Antonio Ellul lill-Banda San Ġiljan, lura fi Frar tal-1927, u dan permezz ta’ ftehim verbali fuq kiorja ta’ Lm43, ekwivalenti għal €100.16.

Parti mill-propjeta’ kienet eventwalment mikrija lil terzi persuni biex titmexxa bħala ħanut tax-xorb u ristorant, u dan kien li qanqal lis-suċċessuri ta’ Ellul biex jippruvaw itemmu s-sitwazzjoni li effettivament kienet qed impedihom mid-dritt ta’ tgawdija sħiħa tal-propjeta.

Għal din ir-raġuni sa minn Marzu tas-sena 2000, is-sidien irrifjutaw li jaċettaw il-pagamenti tal-kirja, filwaqt li bdew proċeduri quddiem il-Bord Regolatorju tal-Kera, fejn bdew jaspiraw għat-terminazzjoni tal-kirja abbażi tal-kirja lil terzi persuni u l-bidla li saret minn naħa tal-Banda San Ġiljan, li krew lil terzi persuni, mingħajr il-permess tagħhom.

Madankollu, fl-2005, il-Bord ċaħad it-talba tas-sidien, deċiżjoni li kienet ikkonfermata sena wara mill-Qorti tal-Appell, li rema’ l-barra t-talbiet tas-sidien. Iffaċċati minn dan ix-xenarju, is-sidien ma qatgħux qalbhom, u bdew proċeduri Kostituzzjonali fi Frar, tal-2013, fejn talbu li l-fatt li ma tħallewx skont il-liġi li jitterminaw il-kirja, jew
jirreveduha, kien qed jammonta għaċ-ċaħda tad-drittijiet tagħhom fuq il-propjeta’, u dan skond is-sigurta’ tal-Konvenzjoni Ewropea.

Mingħajr l-ebda dubju, artiklu wieħed taħt Protokol 1 tal-Konvenzjoni jipprovdi, “li kull persuna narturali jew legali għandu dritt ta’ tgawdija bil-kwiet ta’ dak li jippossedi. Ħadd m’għandu jiċċaħħad minn ħwejjġu jew mill-pusses tagħhom, minbarra biss jekk ikun każ ta’ interess pubbbliku u suġġett għall-kundizzjonijiet ipprovduti bil-liġi u bil-prinċipji ġenerali tal-liġi internazzjonali.

Is-sidien argumentaw li emendi tal-liġijiet tal-kera ma kienux tejbu l-kundizzjonijiet tagħhom għal propjeta’ kummerċjalu li kienu għad iridu jirrevedu l-kirja u li ma setgħux ibiddlu l-kundizzjonijiet tal-istess kirja sakemm din ma tiġix awtoriżżata mill-Bord.

F’dan il-każ, mhux biss il-Bord u l-Qorti tal-Appell ċaħad it-talba tas-sidien, iżda d-deċiżjoni tal-każin tal-Banda, li tikri lil terzi ħanut tax-xorb u ristorant, tħalliet issir, u għalhekk tħallew persuni igawdu minn benefiċċji konsiderevoli, a spejjes tas-sidien, li kienu ħadu ħmerija.

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fil-ġurisdizzjoni tagħha ta’ Qorti Kostituzzjonali, preseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, osservat li perit privat kien ikkonkludu l-prezz tas-suq preżenti.

Il-valur tal-propjeta’ tal-propjeta’ illum huwa stmat li jiswa’ €2,600,000, filwaqt li l–valur tal-kera huwa stmat kif kien bir-rata kummerċjali fis-sena 2010 kien ikkalkulat ta’ €152,000.

Tliet esperti addizzjonali, mqabbdin mill-Qorti fl;-2015 kienu stmaw il-propjeta’ li tiswa’ €1,500,000, iżda b’valur ta’ kirja li teċċedi l-miljun. Fuq il-bażi tal-provi kollha li nġiebu fil-Qorti, ġie konkluż li l-valur tal-kirja tal-propjeta’ fuq perjodu ta’ 30 sena, bejn l-1987 u l-2017, wara li l-propjeta’ kienet inbiegħet lil terzi, kienen ta’ €978,194.

Il-Qorti ddikjarat, li minkejja li l-propjeta’ kienet trasferita lill-kumpanija Heritage Hotels Ltd f’Marzu 2018, id-drittijiet xorta baqgħu tas-sidien b’mod sħiħ. Dwar l-argument li l-kirja serviet “bħala interess ġenerali”, l-Qorti ddikjarat li “La darba li Stat kellu interess fuq l-importanza soċjo-kulturali, ikun għalhekk li l-istess stat għandu jgħinhom u jinvesti fihom, mhux idawwar il-problemi fuq iċ-ċittadin privat biss.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha, l-Qorti iddikjarat li d-drittijiet tas-sidien fejn għandu x’jaqsam mal-propjeta’ kien mittiefes, u għalhekk dawn ingħataw is-somma ta’ €15,000 għad-danni morali li sofrew, dan ingħata biex jagħmel tajjeb għal frustrazzjoni u li stat ta’ inċertezza li tpoġġa fuqhom.

Ma’ din ingħata kumpens ukoll ta’ €285,000 fuq danni perkunarji, fejn il-Qorti osservat li kien hemm differenza sostanzjali bejn it-termini tal-kera skont il-liġi u l-valur tal-kirja, kif ġiet determinata mill-esperti tekniċi. Il-Qorti ordnat lill-Avukat Ġenerali biex iħallas lis-sidien issomma ta’ €300,000 f’danni, flimkien ma’ 8 fil-mija
interessi sa mid-data tas-sentenza. L-Avukat Paul Cachia, deher għas-sidien.

The post Sidien ta’ propjeta’ mikrija lill-Banda San Ġiljan jingħataw €300,000 bħala kumpens appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here