Home Net News L-ISKANDLU TAT-TONN: Sospiża d-Direttur tas-Sajd

L-ISKANDLU TAT-TONN: Sospiża d-Direttur tas-Sajd

12
0
SHARE
Advertisement

Ġiet sospiża mill-kariga tagħha d-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd wara rapporti li talbet ħlas mingħand waħda mill-ikbar kumpaniji tat-tonn fi Spanja – każ li ilu diversi ġimgħat li faqqa’ fil-media internazzjonali.

Andreina Fenech Farrugia ġiet sospiża wara li fi Spanja ġew ippubblikati traskrizzzjonijiet ta’ telefonati li saru bejnha u bejn Josè Fuentes Garcìa, li jmexxi l-Grupp Fuentes. Minnhom joħroġ li hija talbet ħlas baxx baxx sabiex tgħinhom iddaħlu tonn fis-suq mhux dikjarat skont il-kwoti stabiliti.

Il-grupp Fuentes f’Malta għandu wkoll kumpanija li għandha l-gaġġeġ tat-tonn.

The post L-ISKANDLU TAT-TONN: Sospiża d-Direttur tas-Sajd appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here