Home Net News Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta proposti għal użu aħjar mill-iskart tal-kostruzzjoni

Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta proposti għal użu aħjar mill-iskart tal-kostruzzjoni

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Nazzjonalista hu l-uniku partit f’pajjiżna li jħares fit-tul b’risq ambjent aktar sostenibbli. Hu għalhekk li qed iressaq għadd ta’ proposti konkreti, li jgħinu biex megħluba l-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni.

Dan qalu l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Jason Azzopardi f’konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Hu kien akkumpanjat mill-Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Michael Briguglio u mill-Kunilliera u Kandidat għall-elezzjoni lokali fiż-Żejtun Amanda Abela.

Jason Azzopardi qal li fl-ambjent għandna kriżi għax Gvern inkompetenti, li ġabna daharna mal-ħajt. Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista jemmen li għandna bżonn strateġija nazzjonali bbażata fuq il-konsultazzjoni mal-istakeholders kollha relatati.

Għax hu daharu mal-ħajt, il-Gvern Laburista qed iwieġeb b’reazzjonijiet li ma jħarsux fit-tul. Dan meta, fost l-oħrajn, qabad jagħti permessi tal-kostruzzjoni bl-addoċċ u mingħajr pjan, filwaqt li ma ppjana xejn dwar fejn għandu jmur l-iskart relatat.

Jason Azzopardi kompla li f’isem l-Oppożizzjoni, se jkun qed ikellem liċ-Chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent u l-Ippjanar biex is-sitwazzjoni tal-iskart mill-kostruzzjoni titqiegħed fuq l-Aġenda tal-Kumitat.

Min-naħa tiegħu, Michael Briguglio tenna li l-Partit Nazzjonalista se jwettaq konsultazzjoni wiesgħa u xieraqa biex l-iskart jinbidel minn piż għal opportunità. Dan meta hu stmat li 85% tal-iskart kollu ġġenerat fil-fatt hu ġej mill-kostruzzjoni.

Kompla li s-sostenibbiltà fl-ambjent mhijiex fuq l-aġenda tal-Gvern Laburista għax mhux kapaċi joħloq bilanċ għall-futur. Dan meta kontinwament qed jagħżel politika ekonomika bbażata biss fuq iż-żieda fil-popolazzjoni.

Il-proposti mressqa huma dawn:

  • Għandhom jinħolqu aktar skemi ġodda li jibqgħu jinċentivaw il-konservazzjoni u r-restawr tal-bini diġà eżistenti.
  • Aktar skemi u sussidji biex flok twaqqigħ tal-bini jitfasslu metodi fejn jittieħed materjal li jista’ jerġa’ jintuża billi jiġi riċiklat għall-iskop tal-bini.
  • Wara konsultazzjoni wiesa’ tinbena faċilità nazzjonali minfejn il-materjal mill-iskart tal-kostruzzjoni jintgħażel u jerġa’ jinbiegħ mingħajr piż fuq l-iżviluppaturi.
  • Inċentivi u skemi biex aktar ġebel u materjal ieħor tal-kostruzzjoni mill-bini li jitwaqqa’ u djar antiki, jiġi maħżun għall-iskop ta’ restawr u l-bini ta’ djar oħra.
  • Għandhom jitfasslu skemi sabiex ssir reconstituted stone li tista’ tiġi wkoll esportata.
  • Allokazzjoni akbar ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea biex tindirizzata b’serjetà l-problema tal-iskart mill-kostruzzjoni.
  • Skemi għall-ħarsien tal-ambjent tal-madwar taż-żoni tal-kostruzzjoni.
  •  

    The post Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta proposti għal użu aħjar mill-iskart tal-kostruzzjoni appeared first on NETnews.

    L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

    LEAVE A REPLY

    Please enter your comment!
    Please enter your name here