Home Net News Il-kunsilli lokali għandhom ikunu motivati u ma jitnaqqsulhomx ir-responsabbiltajiet

Il-kunsilli lokali għandhom ikunu motivati u ma jitnaqqsulhomx ir-responsabbiltajiet

4
0
SHARE
Advertisement

– Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna fil-parlament li l-kunsilli lokali għandhom ikunu motivati u ma jitnaqqsulhomx ir-responsabbiltajiet.

Dwar il-kunsilli lokali, Robert Cutajar qal li l-PN ressaq 80 proposta iżda l-gvern aċċetta biss ħamsa.

Hu qal li hawn sindki u kunsilliera li huam dimotivati għaliex mhux qed jiġu konsultati u għaliex hemm dipartimenti tal-gvern li qed jgħadduhom biż-żmien. Il-PN irid li l-Gvern jibda jirrispetta lill-kunsilli lokali u jikkonsulta lill-kunsilli lokali.

Dwar l-issue tal-Corinthia, Robert Cutajar qal li dwar dan il-proġett il-kunsilli lokali ta’ Pembroke u ta’ San Ġiljan ma kienux konsultati. Il-gvern żied €30,000 bħala medja għal kull kunsill lokali iżda l-ispejjeż tal-LESA żdiedu b’mod drastiku.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern tella’ r-reġjuni għal sitta meta l-intenzjoni wara dan mhux magħrfua. Il-gvern mhux jitwemmen meta jgħid li se jżid allokazzjoni ta’ €3 miljuni meta jgħid li se jżidilhom ir-responsabbitajiet lill-kunsilli lokali.

L-Oppożizzjoni ma taqbilx li jitnaqqsu l-poteri tal-kunsilli lokali għaliex dawn iridu iktar responsabbiltajiet. Illum qed immorru 25 sena lura fil-kunsilli lokali, sostna Robert Cutajar, li kompla li r-responsabbiltajiet qed jitnaqqsu kuljum. Dan mhux gvern li jemmen fil-kunsilli lokali.

Robert Cutajar qal li hu ma jafx b’sindki li qed jitkellmu b’mod pożittiv dwar Infrastructure Malta u l-iskema ta’ ġbir ta’ skart. Hu kompla li 25 sena ilu kien hemm stipulat li t-toroq li qatt ma saru jkunu responsabbiltà tal-gvern ċentrali. Il-kunsilli lokali jridu jkunu iktar motivati biex jaħdmu fl-interess tar-residenti tagħhom.

Il-LESA falliet, sostna Robert Cutajar, li qal li s-sindki jammettu li qabel s-sitwazzjoni kienet aħjar għaliex huma l-kunsilliera li jafu meta u fejn għadu jkun hemm il-gwardjani lokali.

Id-deputat Nazjonalista tkellem dwar l-importanza li l-kunsilli lokali jkollhom l-informazzjoni dwar l-aspett soċjali tal-komunitajiet u dwar il-bżonn li jkun hemm support worker u care worker f’kull kunsill lokali. Għandhom jiżdiedu wkoll n-night u d-day shelters waqt li jkunu involuti iktar l-għaqdiet volontarji. F’postijiet turistiċi, it-taxxi fuq l-iljieli u ħlasijiet oħra għandhom jibqgħu għand il-kunsilli lokali.

Hu qal li kull fond li ntefaq fl-aħħar snin fil-pajjiż kienu fondi Ewropej li nkisbu minn Gvern Nazzjonalista, sostna Robert Cutajar, li kompla li Gvern Nazjonalista kien irnexxielu jikseb dawn il-fondi minkejja d-diffikultajiet. Hu spjega li l-gvern qed jindika li s-somma li gvern Laburista se jikseb mill-UE se tkun inqas minn dak li kiseb Gvern Nazzjonalista.

The post Il-kunsilli lokali għandhom ikunu motivati u ma jitnaqqsulhomx ir-responsabbiltajiet appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here