Home Net News “Gvern bla pjan għall-effetti li ħoloq hu stess biż-żieda fil-popolazzjoni” – Adrian...

“Gvern bla pjan għall-effetti li ħoloq hu stess biż-żieda fil-popolazzjoni” – Adrian Delia

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia it-Tlieta filgħodu żar San Pawl il-Baħar, waħda mill-ikbar lokalitajiet ta’ Malta.

Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu Adrian Delia daħal f’diversi stabbilimenti kummerċjali fejn iltaqa’ ma’ sidien, ħaddiema u klijenti, kif ukoll numru ta’ residenti.

 

Matul dawn il-laqgħat, ħafna min-nies esprimew miegħu il-problemi li qed jiffaċċjaw fil-lokalita’, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma riżultat ta’ nuqqas ta’ ppjanar mill-Gvern tal-effetti li ġab hu stess.

Problemi li s-sintomu ewlieni tagħhom jidher fil-kwistjoni tal-iskola tal-lokalita’. Adrian Delia qal li filwaqt li s-surmast u l-edukaturi qed jagħmlu xogħolhom b’ħila, in-nuqqas ta’ pjanar mill-Gvern qed iwassal biex tfal jitgħallmu ġewwa kontejners

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar, il-President tal-Kunsill Generali Kristy Debono, il-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila, is-Sindku, kunsillieri u kandidati fuq il-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar

The post “Gvern bla pjan għall-effetti li ħoloq hu stess biż-żieda fil-popolazzjoni” – Adrian Delia appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here