Home Net News Wolves isalvaw punt fl-aħħar azzjoni

Wolves isalvaw punt fl-aħħar azzjoni

11
0
SHARE
Advertisement

Gowl lejn it-tmiem salva punt lil Wolves fi draw ta’ 1-1 kontra Newcastle f’Molineux Stadium. Qabel il-logħba, Newcastle kienu jieħdu punt barra minn darhom kontra Wolves, iżda kif żvolġiet il-logħba żgur li huma diżappuntati li ma rebħux.

Newcastle fetħu l-iskor fis-56 minuta meta f’azzjoni maħdmuma tajba mix-xellug għal-lemin, id-difensur Fabian Schar avvanza u b’intelliġenza fetaħ vertikalment lejn Isaac Hayden li xxuttja u għeleb lil Rui Patricio mill-kaxxa, f’xutt li Patricio blokka ħażin.

It-tim ta’ Rafa Benitez deher riesaq għal rebħa importanti iżda Wolves evitaw it-telfa fil-95 minuta wara pressjoni kostanti fil-ħin miżjud. Kien Adama Traore li mil-lemin tefa’ kross fil-kaxxa, il-gowlkiper Martin Dubravka stenna l-ballun jinżel minflok blokkah, bid-difensur Willy Boly jogħla tajjeb biex skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin.

The post Wolves isalvaw punt fl-aħħar azzjoni appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here