Home Net News Toro Rosso jiżvelaw il-karozza għal dan l-istaġun

Toro Rosso jiżvelaw il-karozza għal dan l-istaġun

3
0
SHARE
Advertisement

Toro Rosso żvelaw l-ewwel ritratti tal-karozza għal dan l-istaġun, hekk kif din il-ġimgħa l-maġġoranza tat-timijiet se jiżvelaw il-karozzi tagħhom. Il-karozza bl-isem STR14 hi t-tieni karozza b’magna Honda u għandha disinn simili bħal dik tal-istaġun li għadda.

Toro Rosso, li huma t-tieni tim ta’ Red Bull, spiċċaw ta’ qabel tal-aħħar fl-istaġun li għadda u f’dan l-istaġun se jkollhom żewġ sewwieqa ġodda li se jkunu Daniil Kvyat u Alexander Kvyat.

Il-Kap tat-Toro Rosso Franz Tost sostna l-kunfidenza tiegħu għal dan l-istaġun. Hu sostna dan meta wieħed jikkunsidra s-sewwieqa żgħażagħ li għandhom, is-sinerġija ma’ Red Bull u l-iżvilupp impressjonanti ma’ Honda. Il-karozza l-ġdida għandha żewġ bidliet fid-disinn bl-għan li ttejjeb il-mod kif jaqbżu l-karozzi, bin-naħa ta’ quddiem tal-karozza se jkun aktar wiesa’ u simplifikat filwaqt li n-naħa ta’ wara se jkun għola.

Daniil Kvyat se jirritorna għat-tielet esperjenza tiegħu ma’ Toro Rosso wara sena distakkat mill-Formula 1, filwaqt li Alexander Albon se jkun qed jagħmel id-debutt f’dan l-isport. Huma se jkunu qed jieħdu post Pierre Gasly li ngħaqad ma’ Red Bull u Brendon Hartley wara staġun diżappuntanti.

The post Toro Rosso jiżvelaw il-karozza għal dan l-istaġun appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here