Home Net News Tibda l-kumpilazzjoni dwar il-każ ta’ swat u ġlied fl-iskola ta’ Pembroke

Tibda l-kumpilazzjoni dwar il-każ ta’ swat u ġlied fl-iskola ta’ Pembroke

10
0
SHARE
Advertisement

Student ta’ 15-il sena, li huwa ta’ nazzjonalita’ Għarbija, għandu jitressaq il-Qorti mixli li sawwat tifel Malti ta’ 13-il sena, fl-inċident li wassal għal swat minn naħa ta’ missier it-tifel fil-konfront tal-istess student Għarbi u diversi uffiċjali tal-iskola.

Missier u ziju ta’ student qegħdin jiġu mixlijin li weġġgħu żewġ edukaturi u tifel meta marru fl-iskola biex jaqbżu għall-istudent li allegatament kien qed jiġi bbuljat. Jidher tal-anqas wieħed mill-akkużati allegatament jemmen fir-razziżmu għax waqt il-pandemonju li kien qam fil-ġlieda, beda jgħid li ma kienx se jibqa’ “student ieħor iswed, f’dik li skola”.

Missier it-tifel, raġel ta’ 35 sena mill-Furjana, u ħuh, Alexander Camilleri ta’ 32 sena li huwa suldat mal-Forzi Armati ta’ Malta, marru l-iskola tat-tifel nhar it-Tnejn wara li rċivew telefonata li t-tifel, ta’ 13-il sena, kien qed jiġi bbuljat minn student ieħor ta’ 15-il sena. Skont ma kien qal l-avukat tad-difiża, l-ibbuljar kien ilu għaddej għal xi żmien, u t-tifel kien ġieli sofra xi ġrieħi.
Student ta’ 15-il sena li jinsab fiċ-ċentru ta’ dak li seħħ fl-iskola sekondarja ta’ Pembroke, ġie mwissi biex jieħu parir legali qabel ma jixhed fil-proċeduri kontra missier u z-ziju ta’ tifel li allegament huwa ta daqqa ta’ ponn.

“Din hija xi ħaġa serja u għandek tieħu parir. L-Avukat tiegħek għandu jiggwidak. Taħlix ħin. Tkellem mal-Avukat tiegħek sabiex tkun ippreparat,” kienet it-twissija tal-Maġistrat lil dan iż-żagħażugħ, ta’ nazzjonalita’ Għarbija li kien preżenti fil-Qorti, akkumpanjat mill-ġenituri tiegħu li deheru kemmxejn inkwetati.

Hekk kif il-koppja qagħdet wara t-tifel tagħhom, il-Maġistrat Ian Farrugia, li qed jippreseidi l-
kumpilazzjoni fil-ġbir ta’ provi kontra Feliciano Camilleri u ħuh Alexander Camilleri, wissa liż=żagħażugħ li jitkellem b’tonalita’ baxxa li jista’ jkun li huwa kien se jiġi akkużat ukoll fil-ġimgħat li ġejjin, fuq l-allegat attakk li huwa wettaq kontra sieħbu-student jew xi terza persuna oħra.

“Jekk int tagħżel li tixhed, dak li tgħid jista’ jintuża kontrik. Mela jew se tagħżel li tixhed u tgħid “Jien ma nibżax mill-verita” jew inkella tagħżel li tkelem avukat”, il-Qorti spjegat, hekk kif iż-żagħażugħ b’rasu ikkonferma li kien qed jifhem, qabel ma ddeċieda li l-aħjar għalih hu li jitkellem ma’ avukat.

Hekk kif it-tifel u l-ġenituri tiegħu ħarġu mill-awla, l-Ispettur Joseph Xerri li qed imexxi l-Prosekuzzjoni ikkonferma li se jittieħdu passi fil-konfront tat-tifel quddiem il-Qorti tat-Tfal. Hekk kif kompla l-każ, numru ta’ uffiċjali tal-iskola telgħu fuq il-pedana tax-xhieda biex jirrakkontaw x’kien ġara dan inhar, meta ġurnata normali kienet ittappnet meta waslu fuq il-post missier u ziju ta’ student Malti, li ftit qabel, kien qala’ daqqa ta’ ponn mingħand tifel ieħor.

Wieħed mis-seba’ Assistenti Kapijiet tal-iskola, li weġġgħet ħafif wara li allegatament xi ħadd qataghħa mill-art minn xi ħadd li deher irrabbjat li baqa’ dieħel fl-uffiċċju ta’ li skrivani fejn kienet hi dak il-ħin, kienet l-ewwel waħda li telgħet tixhed.

Waqt li kienet qed tagħmel ix-xogħol tagħha fl-iskola dak inhar, hija bdiet tisma’ kantaliena ta’ għajjat li bdiet ġejja minn barra l-partision tal-aluminium u l-ħġieġ li hemm fl-uffiċċju. Hawnhekk hija ħasset mill-ewwel li kien ġej l-inkwiet.

“F’daqqa waħda infetaħ il-bieb bis-salt u numru ta’ persuni spiċċaw ġewwa, fosthom iż-żewġ akkużati,” li x-xhud għarfet fl-awla. Rajt lil Alexander Camileri iżomm persuna minn rasha taħt idu l-leminija, Indunajt li kien student, minħabba li nnutajt uniformi oranġo,” qalet ix-xhud, fejn tenniet li l-ħin kollu, r-raġel beda jxejjer daqqiet b’idejh ix-xellugija għal fuq li student li kien qed jiġi miżmum.
“Ara ma tmissx lit-tifel”, ir-raġel beda jgħid lit-tifel li kien qed isawwat. Kif l-għalliema marret viċin biex tferraqhom, ir-raġel, f’daqqa waħda qabad “heavy duty puncher” li kienet viċin, u waqt li għolla jdejh, laqat LSE li nzerta li kien wieqaf warajh. L-Assistent Kap kompla biex jispjega kif ir-raġel allegatament jgħolliha minn saqajha, fejn spiċċat waqgħet b’lura għal ma’ l-art, qabel ma rnexxielha terġa tqum, u fejn bdiet tipprova tikkalma lil raġel li kien għadu rrabjat, li minkejja kollox, dan ma ried jaf b’xejn.

“Ħallini” kwiet. X’nikkalma nikkalma” kienet r-risposta tiegħu skont ix-xhud. “Jistgħu jgħidu li jien kriminal jew razzist. Nobgħodhom l-Għarab,” beda jgħajjat ir-raġel, filwaqt li ħuh Feliciano, beda jiggwida lil ibnu ta’ 13-il sena l-barra mix-xena, u beda jgħidlu, “ejja ħa mmorru, ejja ħa mmorru.”
Ix-xhud kompliet temmet ix-xhieda tagħha billi ddeskriviet il-ġrieħi li allegatament sofriet fl-inċident, fejn qalet li kellha frattura fl-għadma fin-naħa t’isfel tal-ispina u daqqa fuq rasha, dan skont iċ-ċertifikat tat-tabib tal-isptar.

Wara xehed il-”Learning Support Educator” li alegatament qala’ daqqa ta’ ponn fuq moħħu minn naħa taz-ziju, fejn dan qal kif huwa l-ewwel lemaħ żewġ ġenituri deħlin li skola viċin it-taraġ prinċipali. “X’inthom tagħmlu”” huwa staqsa. “Ġrat xi ħaġa fuq nit-tifel”, kienet it-tweġiba, u hawn l-uffiċjal tal-iskola ħa lil irġeil għand l-Assistent Kap fl-ewwel sular.

Ftit tal-ħin wara, storbju beda ġej mid-direzzjoni tal-iskrivani spiċċa biex ix-xhud mar fejn ix-xena u meta beda jħares fuq in-naħa ta’ ġewwa, huwa lemaħ l-Assistent Kap u student mal-art.

Kif resaq aktar viċin biex jieħu l-”puncher” tal-metall, huwa qala daqqa fuq moħħu u ma jiftakarx aktar x’kien ġara, dan peress li qal li kien fi stat ta’ xokk, u anke wara intilef minn sensih u beda jsofri minn uġieħ ta’ ras li ħallewh ma jersaqx lejn ix-xogħol għall-kumplament tal-ġimgħa.

Mistoqsi mid-difiża l-LSE qal li hu kien osserva lill-istudent Għarbi jgħid xi ħaġa liż-żewġt irġiel barra l-uffiċċju ta’ li skrivani. It-tifel ukoll kien għamel ġest, qiesu ried ineħħi l-ġakketta.
“Kien se jattakka lil ġenitur”” staqsa l-avukat Franco Debono. “Jista’ jkun. Minn dak li rajt iva. Ma bdewx jiġġieldu. Kont qed inħares minn ċertu distanza,” kompla jgħid l’LSE, fejn żied li huwa kien miexi ‘l hemm, u meta sema’ storbju qawwi ġej mill-uffiċċju li reġa mar lura.

Mistoqsi mill-Avukat Arthur Azzopardi bhiex jikkonferma kif kien qala’ daqqa ta’ “puncher”, ix-xhud qal li l-azzjoni tar-raġel ma kienitx waħda intenzjonali. Assistent Kap ieħor ta l-verżjoni tiegħu tal-inċident, fejn spjega kif lejn tmiem il-brejk ta’ li skola, għall-ħabta tal-11am kien mar ikellmu l-għalliem tas-saħħa u sigurta’ bl-ismijiet taż-żewġ studenti li kienu ġġieldu.

Wieħed mit-tfal kienb qe djiġi trattat medikalment wara li kien qala’ daqqa ta’ ponn mingħand student akbar minny, fejn ix-xhud qal li dan kien ġej mill-klassi tal-Fiżika, u li dan ħadu fl-uffiċċju tal-iskrivani sakemm jistenna li tasal ommu, li kienet infurmata x’kien ġara.

L-istudent iż-żgħir, li allegatment qala’ d-daqqiet ta’ ponn, kien ukoll preżenti, qal ix-xhud, fejn spjega kif tliet irġiel f’daqqa waħda kienu waslu, tnejn minnhom l-akkużati li kienu verament nervużi, u li dawn kien marru ħdejn li student li kien weġġa u staqsewh x’kien ġara.

Minkejja li sforzi li għamlu l-uffiċjali ta’ li skola u raġel ieħor biex jikkalmaw l-affarijiet, speċjalment lill-irġiel li kienu rrabjati, l-argumenti esklalaw hekk kif li student Għarbi għamel mossa, bħall li kieku kien se jneħħi l-ġakketta. “Dan ma deherx imbeżża,” qal ix-xhud.

Kien biss meta allegatament Alexander Camilleri mar quddiem fejn li student, u qamet il-ġlieda, bit-tnejn jaqgħu mal-art, u fil-ħin li t-terza persuna ipprova jikkalma s-sitwazzjoni li li- staff tal-iskola irnexxielu jidderieġi lill-istudent Għarbi fil-kċina li hemm fejn l-uffiċċju u għalqu l-bieb, u dan biex ikun hemm distanza bejn il-missier u z-ziju.

Ix-xhud qal li l-iskejjer kienu għaddejjin minn diffikultajiet ta’ mibgħeda razjali, u dan peress ukoll studenti tal-istess nazzjonalita’ bdew juru sens ta’ solidarjeta’ meta wieħed minnhom kien jidħol f’argument. Dan ix-xhud fl-aħħar qal kif wieħed mill-akkużati qal, “Ma jibqax wieħed iswed ġo din l-iskola.”

Mara, skrivana qalet li hija rat kollox mis-siġġu tagħha fl-uffiċċju, u hemm hi ċemplet 112 għal għajnuna, fejn tagħat direzzjonijiet lil persuna li kienet in-naħa l-oħra, meta kellha tikkontensi ma persuna rrabjata ħafna.

Feliciano Camilleri ingħata l-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €3,000, filwaqt li Alexander Camilleri fuq depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €2,500. Tagħmlux l-affarijiet agħar qalet l-aħħar kelmiet tagħha l-qorti.

L-Avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi, Alfred Abela u Rene Darmanin qed jidhru għall-akkużati filwaqt li l-Avukat Joseph Giglio qed jidher bħala parti ċivili.

The post Tibda l-kumpilazzjoni dwar il-każ ta’ swat u ġlied fl-iskola ta’ Pembroke appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here