Home One News Tgħanniqa eterna: Artifatt esebit ġewwa l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija

Tgħanniqa eterna: Artifatt esebit ġewwa l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija

6
0
SHARE
Advertisement

Għalkemm nafu nemmnu li l-antenati antiki tagħna kienu differenti ħafna minna, il-bżonnijiet fundamentali fiżjoloġiċi u psikoloġiċi tagħhom aktarx kienu pjuttost simili. Dan hu mfassal b’mod grazzjuż fl-istatwetta preistorika li turi żewġ figuri mgħannqa, u li fl-okkażjoni ta’ San Valentinu, se tkun qed tiġi esebita ġewwa l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.

Sa llum, din l-istatwetta hija l-uniku artifatt minn Malta li jmur lura għall-Perjodu Neolitiku u li juri emozzjonijiet umani immortalizzati f’espressjoni artistika. Dan l-artifatt li jmur lura 3,200 sena QK instab ġewwa t-Tempji ta’ Ħal Tarxien; wieħed mis-siti preistoriċi f’Malta. 

Minħabba l-antikità ta’ dan l-artifatt, wieħed jista’ jipotizza biss dwar x’inhi t-tifsira vera tiegħu. Madanakollu huwa affaxxinanti li nassumu li din l-istatwetta tal-koppja mgħannqa jista’ jkun li qed tfakkar xi storja ta’ mħabba li eżistiet eluf ta’ snin ilu. 

Din l-istatwetta ċkejkna se tkun qed tiġi esebita fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija l-Belt mill-11 sas-17 ta’ Frar 2019 (l-aħħar dħul fl-4.15pm).

L-esebizzjoni tinsab fid-daħla tal-mużew u d-dħul għaliha hu bla ħlas. 

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here