Home Newsbook Tfajla teħlisha ħafif f’inċident f’Tal-Barrani

Tfajla teħlisha ħafif f’inċident f’Tal-Barrani

5
0
SHARE
Advertisement

Tfajla ħelsitha ħafif wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien ilbieraħ.

L-inċident ġara fid-9.15pm fi Triq tal-Barrani meta taxi misjuqa minn Libjan ta’ 54 sena li joqgħod iż-Żurrieq ħabtet ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn Rumen ta’ 46 sena. Fit-taxi kien hemm riekba żagħżugħa ta’ 19-il sena minn Birżebbuġa u ġuvni ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-isptar, fejn iżjed tard irriżulta li kienet qed issofri minn ġrieħi ħfief.

The post Tfajla teħlisha ħafif f’inċident f’Tal-Barrani appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here