Home Net News Solva l-problema billi neħħa l-banana

Solva l-problema billi neħħa l-banana

11
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ftaħar li solva d-diżastru tal-iskema tal-frott u l-ħaxix għall-istudenti fl-iskejjel billi neħħa l-banana.

Dan wara li l-iskema, imnedija f’Mejju tas-sena l-oħra wasslet biex ħafna studenti jarmu dak li jingħatalhom … frott imħassar u ħaxix qadim.

Wara li x-xahar li għadda l-Ministru Evarist Bartolo kkonferma ma’ Net News li hu wkoll diżappuntat bil-mod kif kienet qed timxi din l-iskema.

Madankollu, is-soluzzjoni li sab il-Ministru kienet li titneħħa l-banana mill-prodotti offruti, għaliex qal li kienet il-banana li qed tpoġġi dehra kerha lill-prodott.

Minkejja dan, ġenituri li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-frott imħassar mhux biss banana, iżda hu l-parti l-kbira tal-frott li jingħataw it-tfal.

L-iskema se tkun swiet €900,000 sal-2023.

The post Solva l-problema billi neħħa l-banana appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here