Home Net News Sitwazzjoni gravi għaż-żgħażagħ li jridu jixtru propjetà jew jikru

Sitwazzjoni gravi għaż-żgħażagħ li jridu jixtru propjetà jew jikru

5
0
SHARE
Advertisement

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna fil-parlament li l-problema tal-kiri tal-postijiet fost iż-żgħażagħ saret piżi kbir anki minħabba li l-banek mhux jagħtu self liż-żgħażagħ. Hu kkwota facebook post ta’ żagħżugħ li espriema l-karba tiegħu dwar din is-sitwazzjoni gravi.

Jason Azzopardi rrifera għal dak li qal il-Kummissarju tal-Liġijiet meta ddikjara li Joseph muscat hu l-aktar politiku krorott fl-istorja. Ma mn ma jiflħax iħalals, Joseph Muscat ma jurix kuxjena għax qed iwettaq politika kapitalista.

Id-deputat Nazzjonalista qal li anki min għandu xogħol ma jiflaħx jikri post. Dan sar f’pajjiż li fih ma tistax tgħix, sostna Jason Azzopardi, li żied li dan il-gvern korrott ikkorrompa lis-soċjetà. Il-korruzzjoni għandha przz soċjali għaliex flok il-flus jinteqfu fejn suppost, dawn jiddaħħlu fejn mhux suppost. Tliet persuni daħħlu €92 miljun bejniethom bil-korruzzjoni, sostna Jason Azzopardi, li żied li t-tebgħa tal-korruzzjoni hi l-akbar tebgħa li se jħalli warajh Joseph Muscat. Hu qal li l-Kummissjoni Venezja qalet li għandu jkun pulizija eżekuttiva u indipendenti u sostna li l-pulizija għad ma ressqitx lill-ex Segrtearju Ġenerali Laburista Jimmy Magro dwar korruzzjoni.

Jason Azzopardi qal li l-Ministru tal-Edukazzjoni kien rinfaċċat b’allegazzjoni ta’ korruzzjoni ta’ €30,000 iżda m’għamel xejn anzi ttieħdu passi kontra l-persuna li għamel ir-rapport li kien mitlub iħallas €30,000 f’tixħim. Il-pulizija tellgħu l-qorti lil min jikxef il-korruzzjoni. Art li tiswa €800 miljun tingħata għal €17-il miljun lill-privat li se jiddepiżitaw €1 miljun biss. Minbarra dan, is-€17-il miljun huma mifruxa fuq diversi snin.

The post Sitwazzjoni gravi għaż-żgħażagħ li jridu jixtru propjetà jew jikru appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here