Home Newsbook “Sea-Watch 3 mhuwiex lukanda fuq il-baħar”

“Sea-Watch 3 mhuwiex lukanda fuq il-baħar”

8
0
SHARE
Advertisement

L-organizzazzjoni Sea-Watch qalet li Sea-Watch 3 mhuwiex lukanda fuq il-baħar. Dan qalitu fil-konfront tal-awtoritajiet Olandiżi li skontha, qegħdin jużaw is-sigurtà tar-refuġjati bħala argument biex iħalluhom jegħrqu.

Fi stqarrija, Sea-Watch qalet li l-awtoritajiet Olandiżi wettqu spezzjoni fuq il-bastiment Sea-Watch 3 sabiex jaraw liema livell ta’ sigurtà għandu, u x’kapaċità għandu biex jakkomoda lill-immigranti għal żmien twil. Madankollu, Sea-Watch qalet li lanqas il-bastimenti ta’ salvataġġ tal-awtoritajiet ma huma konformi mad-domanda tagħhom li mhijiex raġonevoli.

Skont l-organizzazzjoni, huma l-gvernijiet Ewropej infushom li jiksru l-liġi meta ma jobdux il-liġi tal-baħar li tgħid li n-nies salvati għandhom jiddaħħlu f’post sigur malajr kemm jista’ jkun.

“Jisfurzawna nakkomodaw lin-nies fit-tul, imbagħad iwaħħlu fina għax m’aħniex lukanda”

Iċ-chairman ta’ Sea-Watch, Johannes Bayer, qal li l-bastiment huwa lest biex jagħti assistenza lin-nies li jkollhom diffikultà fil-baħar, iżda insista li mhuwiex lukanda fuq il-baħar. Sostna li Sea-Watch 3 huwa armat għal vjaġġi qosra fil-Mediterran, u li huma l-gvernijiet Ewropej li darba war’oħra, itawlu l-proċess tal-iżbarkar għan-nies salvati.

The post “Sea-Watch 3 mhuwiex lukanda fuq il-baħar” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here