Home One News Se jiġi ddeportat wara li nqabad ħiereġ minn supermarket b’xirja ta’ €267

Se jiġi ddeportat wara li nqabad ħiereġ minn supermarket b’xirja ta’ €267

6
0
SHARE
Advertisement

Alb Aleksander ta’ 33 sena mis-Serbja u li joqħgod il-Mellieħa ġie kkundannat xahar ħabs sospiż għal sena wara li nstab ħati li pprova jisraq minn supermarket fil-Mellieħa.

Il-qorti ordnat ukoll li r-raġel jiġi ddeportat lejn pajjiżu wara li rriżulta li kien ilu jgħix Malta illegalment għal dawn l-aħħar sentejn.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Godwin Scerri qalet li r-raġel inqabad ħiereġ mis-supermarket b’xirja ta’ €267.

Ir-raġel qal lill-pulizija li huwa pprova jisraq l-oġġetti mis-supermarket għax kien qiegħed u ma kienx għax fadallu flus. Żied jgħid li ried isostni lilu nnifsu u lis-sieħba tiegħu li qed tistenna tarbija.

Il-Qorti wissiet lir-raġel li seta’ jintbagħat tliet xhur ħabs. Il-Prosekuzzjoni ma insistitx għal sentenza ta’ ħabs effettiva għax qalet li l-akkużat radd l-oġġetti u li kkopera magħha.

Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel se jintbagħat lura pajjiżu mill-aktar fiss.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here