Home Net News Paul Scholes se jibda l-karriera ta’ kowċ ma’ Oldham

Paul Scholes se jibda l-karriera ta’ kowċ ma’ Oldham

6
0
SHARE
Advertisement

Paul Scholes se jibda uffiċjalment il-karriera ta’ kowċ wara li nħatar manager ta’ Oldham Athletic b’kuntratt ta’ sena u nofs. Oldham bħalissa jinsabu fl-14-il post f’League 2, disa’ punti bogħod mill-play-offs.

Scholes jittama li jista’ jmexxi lit-tim għar-rebħ tal-promozzjoni sa tmiem l-istaġun li jmiss. Fil-preżentazzjoni tiegħu hu għamel referenza għar-rabtiet li għandu ma’ Manchester United fejn qal li hu ovvju li wieħed irid ikollu kuntatti kemm jista’ jkun. L-Ingliż kompla li hu viċin ta’ nies fil-klabb u qal li jekk jistgħu jgħinuh se jagħmlu hekk.

“Inħossni lest. Kien hemm żmien fil-passat meta kien hemm għażliet oħra iżda issa hu ż-żmien it-tajjeb. Rajt lit-tim mill-viċin u għandhom plejers tajbin. Din hi skwadra li għandha tissielet għall-promozzjoni. Jista’ jkun ‘l bogħod dan l-istaġun iżda żgur mhux is-sena d-dieħla,” qal Scholes.

L-eks midfielder internazzjonali Ingliż ilu partitarju ta’ Oldham minn meta kien għadu tifel, u ilhom 25 sena ma jkunu fil-Premier League. L-esperjenza ta’ Scholes tibda bi tliet logħbiet f’darhom kontra Yeovil għada, Crewe s-Sibt u Morecambe fid-19 ta’ Frar.

Scholes kien ilu f’diskussjonijiet ma’ Oldham iżda kellu bżonn konferma mill-English Football League minħabba li għandu 10% tal-ishma fil-klabb non-league Salford City. Hu rriżenja minn direttur iżda se jżomm l-ishma tiegħu fil-klabb.

The post Paul Scholes se jibda l-karriera ta’ kowċ ma’ Oldham appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here