Home One News Mina bejn Pembroke u Ta’ Qali se twassal ilma trattat f’diversi lokalitajiet...

Mina bejn Pembroke u Ta’ Qali se twassal ilma trattat f’diversi lokalitajiet madwar Malta

5
0
SHARE
Advertisement

Għaddej xogħol fuq bini ta’ mina li se tgħaqqad Pembroke ma’ Ta Qali biex ikun inqassam aħjar is -servizz tal-ilma trattat madwar il-gzejjer Maltin.


F’ konferenza tal- ahbarijiet kien spjegat kif sissa, 60% biss tal- produzzjoni tal -ilma mill impjant ta’ Pembroke jingħata lill- konsumatur. Bit- tlestija ta’ din il- mina, li se tiswa’ ftit aktar minn 30 miljun ewro, ilma li jkun trattat f ‘dan l- impjant se jibda jgħaddi wkoll f’riserva tal- ilma f’ Ta’ Qali.

Bħalissa, l -ilma mill- impjant ta’ Pembroke jintbagħat fir- riservi tal -ilma fin-Naxxar u lFiddien. Bit- tlestija tal- proġett tal -mina anke dan l- ilma jkun jista jintbaghat Ta’ Qali, biex eventwalment ikun distribwit lil riservi ohra tal ilma kif ukoll dirett għand il-konsumaturi.

Waqt żjara fuq ix- xoghlijiet, is- Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li dan il- progett huwa parti mill- pjan ħolistiku tal- Korporazzjoni għas- Servizzi tal- Ilma li jiswa 100 miljun ewro b’parti minnhom minn fondi Ewropej, bil- ghan li tkun imtejjba s- sistema tad -distribuzzjoni tal- ilma.

Il- Ministru Joe Mizzi qal li b’ dan il- proġett aktar lokalitajiet bi kwalità għolja tal -ilma, u se tnaqqas iċ- ċans li xi konsumaturi jispiċċaw mingħajr servizz tal- ilma minħabba xi inċident.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here