Home Newsbook Mill-avokados joħolqu straws bi plastik bijodegradabbli fil-Messiku

Mill-avokados joħolqu straws bi plastik bijodegradabbli fil-Messiku

2
0
SHARE
Advertisement

Il-kumpanija Biofase qiegħda toħloq pożati u straws bijodegradabbli miż-żerriegħa tal-avokado, f’tentattiv li l-Messiku ma jibqax magħruf biss għat-tequila u s-sombreros.

Dan il-proċess beda fl-2012, meta Scott Mungía kien għadu student tal-inġinerija, u beda jfittex sors affidabbli għall-plastik bijodegradabbli.

L-ewwel ma prova kienu żerriegħa tal-mang u tal-mamey sapote, iżda dawn ma ħadmux u ġietu idea biex juża ż-żerriegħa tal-avokado minflok. Illum il-ġurnata għandu tim ta’ 14-il impjegat li qegħdin jaħdmu biex jiftħu pjanta li tiflaħ għal 700 tomna f’Novembru li ġej.

Il-Messiku jipproduċi madwar nofs id-domanda tal-avokados fid-dinja, u s-suq għall-plastik bijodegradabbli qed jiġi stmat li hu ta’ €5 biljun.

 Il-prodotti maħluqa b’dan il-proċess jgħaddu mill-bijodegradazzjoni wara 240 ġurnata esposti għall-elementi jew midfuna fl-art.

Munguía fetaħ il-kumpanija Biofase sal-2013, u sal-2015 kien installa l-ewwel pjanta tiegħu Morelia biex timmanifattura bċejjeċ tal-plastik 100% bijodegradabbli. Fl-2016 beda jimmanifattura prodotti tiegħu bil-plastik bijodegradabbli fi pjanta ġdida. Beda bil-pożati tal-plastik, u dan ix-xahar beda jipproduċi wkoll straws.

Huwa sab li n-nies jeżitaw milli jonfqu aktar għal prodott li jipproteġi l-ambjent, imma huwa jippersisti. Il-kumpanija tiegħu qiegħda tesporta 80% tal-prodotti tagħha lejn l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Costa Rica, il-Kolombja u l-Perù.

The post Mill-avokados joħolqu straws bi plastik bijodegradabbli fil-Messiku appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here