Home Net News “Mhux se nħallu lill-Gvern iqarraq bin-nies” – Adrian Delia

“Mhux se nħallu lill-Gvern iqarraq bin-nies” – Adrian Delia

3
0
SHARE
Advertisement

“Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jkun vuċi b’saħħitha li jiġġieled favur dak li jridu n-nies. Se nitkellu fuq l-affarijiet li jolqtu direttament lill-familji. U mhux se nħallu l-Gvern jibqa’ għaddej bil-qerq tiegħu”.

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Adrian Delia f’artiklu ppubblikat il-Ħadd f’The Malta Independent on Sunday, fejn jagħmel referenza għall-irtirata tal-Gvern fuq is-saga tal-art f’San Ġiljan – b’Joseph Muscat u Konrad Mizzi ikollhom iwaqqgħu l-avviż għat-trasferiment tal-art wara l-pressjoni qawwija minn Adrian Delia u l-PN, kif ukoll minn numru kbir ta’ ngo’s, Kunsilli Lokali u Korpi Kostitwiti.

Adrian Delia insista li l-battalja tal-PN mhijiex kontra l-investituri privati u mhix lanqas kontra investiment fit-Turiżmu. Anzi, il-PN kien dak il-partit li xpruna ‘l quddiem dan is-settur u li fis-Snin Disghin tant fjorixxa u ta opportunitajiet lil eluf ta’ ħaddiema – grazzi għall-viżjoni li kellhom Gvernijiet immexija mill-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-PN insista li l-battalja tal-Oppożizzjoni hi iffukata biex tipproteġi l-interessi ta’ min iħallas it-taxxi. U se nibqghu nirsistu biex fuq din l-art ikun hemm the right deal, sostna Adrian Delia.

Fl-artiklu, il-Kap tal-PN jerġa’ jirreferi għal dan il-fethim tal-Gvern bħala deal oxxen. L-istess kif kien id-deal ta’ Konrad Mizzi li biegħ tliet sptarijiet lill-privat – ftehim li Adrian Delia għadu qed jikkumbatti kontrih fil-Qrati Maltin.

Il-Kap tal-PN itemm l-artiklu billi jgħid li l-Oppożizzjoni tassew qed tagħmel id-differenza.

The post “Mhux se nħallu lill-Gvern iqarraq bin-nies” – Adrian Delia appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here