Home One News Mara tweġġa gravi f’inċident fin-Naxxar

Mara tweġġa gravi f’inċident fin-Naxxar

2
0
SHARE
Advertisement

Dalgħodu għall-ħabta tad-9.00 am seħħ inċident fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.


Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-distrett marru minnufih fuq il-post u skont stħarriġ preliminari li sar irriżulta li
mara ta’ 32 sena minn Nadur Għawdex kienet barra l-vettura tagħha  tat-tip Peugeot 807 meta l-vettura għal xi raġuni mxiet waħedha u kkawżatilha ġrieħi gravi f’saqajha.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu lill-mara . Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here