Home Newsbook Mara milquta mill-karozza tagħha stess fin-Naxxar

Mara milquta mill-karozza tagħha stess fin-Naxxar

7
0
SHARE
Advertisement

Mara ntlaqtet mill-karozza tagħha stess wara li nesiet ittella’ l-handbrake meta pparkjat fin-Naxxar. Hija ttieħdet l-isptar.

Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ fid-9.15am, fejn jidher li mara li kienet għadha kemm ipparkjat il-karozza tagħha f’Tul il-Kosta fin-Naxxar, ma tellgħetx il-handbrake. Peress li l-karozza kienet ipparkjata f’niżla, hija ntlaqtet mill-karozza tagħha stess malli ħarġet minn ġo fiha.

Il-mara għandha 32 sena u toqgħod in-Nadur.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

The post Mara milquta mill-karozza tagħha stess fin-Naxxar appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here