Home Net News L-UE twassal għal titjib f’diversi oqsma tal-lokalitajiet tagħna

L-UE twassal għal titjib f’diversi oqsma tal-lokalitajiet tagħna

4
0
SHARE
Advertisement

Fl-aħħar ġimgħat bdew xogħolijiet fi Triq tal-Fawwara fis-Siġġiewi u nħawi rurali oħra ta’ dan ir-raħal, b’fondi tal-UE.

Żorna dawn x-xogħolijiet mas-Sindku tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit li spjegat li bdew xogħolijiet fi Triq il-Fawwara għal proġett li qed isir mill-Korporazzjoni tal-Ilma u l-UE, u wara li kien ġab fondi wkoll l-Kunsill Lokali għal din t-triq. Fl-aħħar sena l-Kunsill Lokali kien għaddej b’taħdidiet fuq dan l-proġett li se jwassal biex jingħaddu servizzi tal-ilma u jingħata wiċċ ġdid lil diversi toroq rurali tas-Siġġiewi, inkluż investiment fl-inħawi ta’ Triq Lapsi , il-Girgenti, Bur ix-Xewk, tal-Providenza, Triq tax-Xama u oħrajn.

Fl-istess waqt, is-Sindku tispjega li bdew xogħolijiet ko-finanzjati mill-awtoritajiet ta’ infrastruttura u fondi Ewropej fi Triq Inżul ix-Xemx u fi triq li tmiss mar-runway ta’ San Niklaw, u dan bi qbil ukoll mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Dan filwaqt li għad iridu jinbdew xogħolijiet fi Triq Wied Xkora, ukoll b’fondi tal-UE.

Il-Kunsill Lokali qed jiffinalizza wkoll applikazzjoni għall-fondi Ewropej, ko-finanzjati mal-Kunsill lokali, liema xogħolijiet jammontaw għal €600,000 u mistennija jsiru din is-sena.

Dwar il-proġett tal-Koporazzjoni tas-Servizzi kien tħabbar li dan hu proġett li jinkludi qtugħ ta’ trinek u l-installazzjoni ta’ pajpijiet biex jiġi estiż in-network ta’ distribuzzjoni primarja lejn żoni remoti tas-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ u l-Qrendi.

Ix-xogħlijiet jinvolvu madwar 15-il kilometru ta’ qtugħ ta’ trinek u aktar minn 45 kilometru ta’ mains ta’ ilma tax-xorb. Wara se jingħata wiċċ ġdid lil diversi toroq rurali, b’ħafna minhom jinsabu fis-Siggiewi.

The post L-UE twassal għal titjib f’diversi oqsma tal-lokalitajiet tagħna appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here