Home One News L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex tiċċelebra l-20 anniversarju

L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex tiċċelebra l-20 anniversarju

2
0
SHARE
Advertisement

Din is-sena l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex qed tiċċelebra l-20 anniversarju. L-objettiv prinċipali huwa li Għawdex tkun destinazzjoni li t-turisti jżuru s-sena kollha.

Biex tiġi mmarkata d-data tal-anniversarju l-11 ta’ Frar, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kienet preżenti u żergħat siġra f’Villa Rundle fil-preżenza taċ-Chairman, membri tal-kunsill u uffiċjali.

Dan l-avveniment ġie segwit bi stqarrija għall-istampa fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella mill-Ministru għal Għawdex, iċ-Chairman tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex is-Sur Paul Scicluna u membri tal-kunsill.

Is-Sur Paul Scicluna tkellem dwar l-inizjattivi tal-Assoċjazzjoni matul dawn l-aħħar 20 sena.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here