Home One News Jonqsu l-friefet, in-nemel u n-naħal- Insetti li jeqirdu l-ambjent qed jiżdiedu

Jonqsu l-friefet, in-nemel u n-naħal- Insetti li jeqirdu l-ambjent qed jiżdiedu

12
0
SHARE
Advertisement

Skont riċerka xjentifika n-numru ta’ insetti qed jonqsu drastikament b’40% madwar id-dinja kollha.

L-istudju jgħid li n-naħal, in-nemel u insetti oħra qed jisparixxu 8 darbiet iktar malajr mill-għasafar u rettili.

L-istudjużi jgħidu li d-dubbien u l-kokrowċ però se jkomplu jiżdiedu.

Il-popolazzjoni tal-insetti qed tonqos b’rata mgħaġġla minħabba prattiċi insensittivi ta’ agrikoltura, l-użu ta’ pestiċidji u bdil fil-klima.

L-insetti jiffurmaw parti sostanzjali mill-ħlejjaq li jgħixu fid-dinja u jagħmlu ħafna ġid lil speċi oħrajn kif ukoll lill-bnedmin.

Huma jipprovdu ikel lill-għasafar, friefet il-lejl, apparti li jkunu ta’ ġid għall-ħamrija wkoll.

Fil-fatt, terz tal-ispeċi ta’ insetti huma fil-periklu li jispiċċaw darba għal dejjem.

Skont l-awtur Dr Francisco Sánchez-Bayo, mill-Università ta’ Sydney, “Dan huwa kawża tad-diforestazzjoni madwar id-dinja”.

“It-tieni raġuni hija ż-żieda fil-fertilizzanti u pestiċidji li jintużaw b’mod globali, li jkun fihom kimiċi tossiċi ta’ kull tip.  Dan biex ma nsemmux il-bdil fit-temperaturi b’mod partikolari f’akkwati hekk msejjħa tropiċi fejn hemm l-ikbar impatt ta’ dan”.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here