Home Newsbook “Il-PL irid jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament Ewropew” – Sant

“Il-PL irid jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament Ewropew” – Sant

10
0
SHARE
Advertisement

Il-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li l-Partit Laburista se jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament.

Dan qalu fiċ-Ċentru Laburista tal-Isla waqt attività soċjali organizzata minn Joeline Attard, kandidata għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali.  

Sant insista fuq l-importanza li għandha tingħata lil min hu minn taħt, xi ħaġa li qal li l-Partit Laburista ilu jisħaq fuqha f’Malta u Għawdex, u li ħadmu għaliha l-Membri Parlamentari Ewropej tul l-aħħar 5 snin, li Sant kien wieħed minnhom.

Huwa qal li hu importanti li n-nies jappoġġjaw lill-kandidati Laburisti fl-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej.

The post “Il-PL irid jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament Ewropew” – Sant appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here