Home One News Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – Mejju 2019: Ħatra ta’...

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – Mejju 2019: Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-għadd tal-voti

20
0
SHARE
Advertisement

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li se tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-għadd tal-voti fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali li se jsiru is-Sibt, 25 ta’ Mejju, 2019. Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar min-nhar it-Tnejn 18 sal-Ġimgħa 22 ta’ Frar bejn it-3.00 pm u t-8.00 pm u nhar is-Sibt 23 ta’ Frar bejn it-8.00 am u s-1.00 pm.

L-applikanti għandhom jippreżentaw il-karta tal-identità.

Persuni Għawdxin jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet, li huma dawk biss aċċettabbli, jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar fl-istess ġranet u ħinijiet jew mill-website tal-Kummissjoni Elettorali https://electoral.gov.mt/elections/applicationformsEN

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here