Home Newsbook 277 professjonist barrani jaħdem f’Mater Dei

277 professjonist barrani jaħdem f’Mater Dei

6
0
SHARE
Advertisement

Fl-Isptar Mater Dei jaħdmu 277 professjonist barrani, li jinqasmu f’118-il tabib/a u 159 infermiera.

Din l-informazzjoni taha l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia, eks Ministru għas-Saħħa.

Il-Ministru Fearne spjega li kien hemm 68 infermiera Maltin gradwati li applikaw biex jaħdmu mad-dipartiment u bdew jaħdmu l-isptar fl-2018. Barra minn dawn, ġew impjegati wkoll 99 infermiera li qed jagħtu servizz barra minn Mater Dei.

Għal mistoqsija parlamentari oħra ta’ Farrugia speċifikament dwar l-infermiera, Fearne qal li fl-2018, kien hemm 9 infermiera li daħla lura għax-xogħol bħala impjieg mill-ġdid jew li kienu telqu mix-xogħol u rritornaw.

Dwar infermiera li ħarġu bil-pensjoni, Fearne qal li fl-2017, dan in-numru tela’ għal 36 infermiera, filwaqt li sal-aħħar t’Awwissu tal-2018, kien hemm 3.

Fearne żied jgħid li l-ammont approvat bħala żieda fin-numru nett tal-infermiera għall-2019 għad-Dipartiment tas-Saħħa huwa ta’ 118-il infermier, minbarra l-infermiera li jkun hemm bżonn biex jieħdu post dawk li jieħdu promozzjoni, jirreżenjaw jew jirtiraw.

The post 277 professjonist barrani jaħdem f’Mater Dei appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here