Home Newsbook Jerġgħu jinżlu fit-toroq id-demostranti tal-ġkieket is-sofor

Jerġgħu jinżlu fit-toroq id-demostranti tal-ġkieket is-sofor

8
0
SHARE
Advertisement

Għat-tlettax il-ġimgħa, id-demostranti tal-ġkieket sofor is-Sibt pprotestaw fit-toroq ta’ Pariġi. Wieħed mid-demostranti sofra ġrieħi f’idejh minħabba splużjoni żgħira. Matul il-lejl kien hemm ħruq fir-residenżi tal-Kap tal-Assebmlea Nazzjonali tal-Bretonja fi Franza. Madankollu għall-bidu ma kienx hemm konnessjoni li dawn l-azzjonijiet kienu kontra l-President Emmanuel Macron.

Id-demostanti tal-ġkieket sofor niżlu fit-toroq f’Novembru li għadda biex jipprotestaw kontra l-pjan li jogħlew it-taxxi tal-fjuwil. Is-Sibt huma pprotestaw quddiem awtoritajiet għoljin fosthom l-Asseblea Nazzjonali u s-Senat.

Minkejja li ħafna minn dawk li kienu qed jipprotestaw bdew jagħmlu dan b’mod paċifiku kien hemm min beda jitfa’ oġġetti lejn l-uffiċjali tas-sigurtà. Diversi demostranti weġġgħu f’dan l-inċident.

The post Jerġgħu jinżlu fit-toroq id-demostranti tal-ġkieket is-sofor appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here