Home Newsbook Attakki mill-ajru fuq il-bjar taż-żejt fil-Libja

Attakki mill-ajru fuq il-bjar taż-żejt fil-Libja

8
0
SHARE
Advertisement

Il-forzi armati tal-Lvant tal-Libja, s-Sibt għamlu erba’ attakki mill-ajru fuq il-bjar taż-żejt ġewwa El Feel. Dawn l-attakki kienu diretti lejn il-kmandant rivali Ali Kennah li kien fil-kamp waqt l-istess attakki.

Fi stqarrija l-Gvern Libjan qal li l-attakki kienu immirati fuq ajruplan li kien qed iġorr persuni midruba mill-bjar taż-żejt għal Tripli. Huma qalu li l-attakki għamlu ħsara fl-infrastruttura tal-bir taż-żejt, fl-ajruport u poġġew il-ħajja tan-nies fil-periklu.

L-industrija taż-żejt fil-Libja hija taħt attakk mill-forzi rivali taċ-ċentru fil-Punent u l-Lvant tal-pajjiż.

The post Attakki mill-ajru fuq il-bjar taż-żejt fil-Libja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here