Home One News 61 sena mit-traġedja ta’ Manchester United fi Munich

61 sena mit-traġedja ta’ Manchester United fi Munich

9
0
SHARE
Advertisement

Kien propju bħal-lum 6 ta’ Frar ta’ 61 sena ilu: fl-1958 meta t-tijira 609 tal-ajruplan Brisith European Airways ikkraxxja wara t-tielet attentat li jtir mir-‘runway’ tal-ajruport  Munich-Riem fil-Ġermanja tal-Punent.

Abbord l-ajruplan kien hemm it-tim tal-futbol ta’ Manchester United li kienu mlaqqma ‘Busy Babes’ flimkien ma’ għadd ta’ partitarji u ġurnalisti. 20 minn 44 mietu fuq il-post u tlieta oħra mietu ftit jiem wara. Ħajjin kien baqa’ 21 persuna.

Investigazzjoni li saret mill-awtoritajiet tal-ajruport waħħlu fil-pilota James Thain li qalu li ma neħħhiex is-silġ minn fuq il-ġwienaħ tal-ajruplan iżda xhieda fuq il-post ċaħdu u qalu li dan ma kienx minnu. Intant, għaxar snin wara l-inċident kien ġie kkonfermat li t-tiġrif seħħ minħabba żlieq u silġ irqiq fuq ir-‘runway’ waqt li l-ajruplan kien qed jipprova jinqata’ mill-art.

It-tim ta’ Manchester United kien qed jagħmel rebħa wara l-oħra bla ebda telfa, tant li anke fil-Ġermanja kien għadu kif rebaħ kontra Red Star Belgrade.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here