Home Net News Titnaqqas il-multa fuq insib illegali

Titnaqqas il-multa fuq insib illegali

9
0
SHARE
Advertisement

Nassab li kien instab ħati li kkommetta diversi llegalitajiet kellu l-multa tieghu mnaqqsa fil-Qorti tal-Appell. Lawrence Darmanin kien immultat fil-Qorti tal-Maġistrati €1,500 u sospiż milli jkollu liċenzja tal-kaċċa u nsib għal perjodu ta’ sentejn.

Il-Qorti tal-Appell nizzlet il-piena tal-multa ghal €1,000 izda ikkonfermat is-sospensjoni tal-liċenzja.

Darmanin kien instab ħati b’attentat ta’ nsib waqt li stagun maghluq, dan bla licenzja, li nasab ghal speci protetti u li uza taghmir projbit biex jaqbad l-ghasafar fl-2015. Fl-2016 il-Qorti tal-Magistrati sabitu hati u huwa appella mill-ewwel fejn qal li minkejja li ammetta, l-piena kienet wahda eccessiva. Huwa qal ukoll fl-appell li s-sentenza moghtija ma kienitx iffirmata mir-Registratur tal-Qorti jew mill-istess Magistrat kif tirrekjedi l-ligi.

Huwa cahad ukoll li qabad għasafar bl-insib u tenna li kien qed joqtol xi tigieg f’dik il-gurnata partikolari u f’sit il-bogħod minn dak li gie mixli fl-akkuzi. Kien qal li huwa kien hareg xi ftit ghasafar tal-ghana biex jiehdu ftit arja. Ammetta li huwa kien halla xibka tal-insib armata, imma dak kien zball.

Il-Qorti izda qalet li Darmanin kien rema’ x-xibka, li kienet imdawwra bl-ghasafar tal-ghana waqt li stagun li kien maghluq. Ma kienx hem raguni valida li ma temminx kif fil-fatt qed jonsob fil-hin tal-arrest tieghu, anke jekk huwa kien f’kamra fil-vicin, jaghmel xi haga ohra dak il-mument. Gie osservat ukoll li r-ragel talab lill-Qorti biex jikkonferma l-htija izda huwa ried biss li tigi riformata s-sentenza. Wara li l-Qorti semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, naqset il-multa b’€500. Peress li x-xbieki ma kienu esebiti l-Qorti qalet li ma kienitx se tordna l-knfiska taghhom.

The post Titnaqqas il-multa fuq insib illegali appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here