Home Net News “Malta għandha bżonn aktar fondi Ewropej”

“Malta għandha bżonn aktar fondi Ewropej”

11
0
SHARE
Advertisement

Aaron Farrugia, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi tal-UE, konvint illi pajjiżna għandu bżonn aktar flus mill-UE. Dan wara li fis-7 snin li għaddew, Malta ħadet aktar minn €1.2 biljun – flus illi ġabhom l-aħħar Gvern Nazzjonalista, u li għadna ngawduhom sal-lum.

F’kummenti lil Net News, Farrugia stqarr li l-Gvern irid jilħaq ftehim “fair” mal-Unjoni Ewropea.

Għalkemm ma kkommetiex ruħu jekk hux se ntejjbu l-pakkett finanzjarju, hu stqarr li l-Kummissjoni Ewropea konxja mill-fatt li għandna bżonn aktar flus.

Il-Gvern irid li n-negozjati jingħalqu sal-aħħar ta’ din is-sena.

The post “Malta għandha bżonn aktar fondi Ewropej” appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here