Home One News Jibki hekk kif jitella’ l-Qorti fuq akkużi li hedded b’sikkina

Jibki hekk kif jitella’ l-Qorti fuq akkużi li hedded b’sikkina

3
0
SHARE
Advertisement

 

Renald Baldacchino, li għandu  39 sena minn Ħal Qormi, qal li mhux ħati talli hedded, attakka u insulta persuna.

Baldacchino li huwa reċediv, kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u wettaq r-reat waqt li kien taħt sentenza sospiża.

Hu qed jaffaċċja wkoll akkużi relatati ma’ droga f’każijiet separati.

It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda.

Il-Maġistrat Astrid May Grima li kienet qed tmexxi dan il-każ qalet li x-xhieda kien għad fadlilhom jixhdu u li l-akkużat ma kienx tgħallem mill-iżbalji tal-passat.

Fuq talba tal-Avukat difensur, il-Qorti rrakkomandat li l-akkużat jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli biex jingħata l-għajnuna kollha biex jegħleb il-vizzju tad-droga.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here