Home Newsbook Salvini jaffaċċja kawża l-qorti wara li mblokka lill-immigranti

Salvini jaffaċċja kawża l-qorti wara li mblokka lill-immigranti

26
0
SHARE
Advertisement

Tribunal speċjali rrakkomanda li l-Ministru għall-Intern Matteo Salvini għandu jittella’ l-Qorti talli rrifjuta milli jippermetti lil 150 immigrant jinżlu fl-Italja s-sena l-oħra minn bastiment tas-Salvataġġ li kien fi Sqallija, skont il-mexxej tal-lemin estrem.

Il-qorti, li tirrevedi investigazzjonijiet li jinvolvu ministri tal-Gvern ħassret deċiżjoni preċedenti mill-prosekuturi biex iwaqggħu l-każ.

Fuq Twitter Salvini kiteb: “Qed nirriskja bejn tliet u 15-il sena ħabs talli mblukkajt immigranti llegali milli jidħu l-Italja. Ninsab bla kliem.”

“Nistaqsi lill-poplu Taljan: Għandi nibqa’ nkun il-ministru, neżerċità d-drittijiet u dmirijiet tiegħi, jew għandi nistaqsi lill-qrati biex jiddeċiedu dwar il-politika tal-immigrazzjoni?” staqsa Salvini.

Wara l-mossa tal-qorti, is-Senat Taljan se jkun qed jiddeċiedi jekk jistax ikun hemm każ fil-konfront ta’ Salvini.

The post Salvini jaffaċċja kawża l-qorti wara li mblokka lill-immigranti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here