Home Newsbook L-avukati ta’ Technoline kontra l-MPs Nazzjonalisti

L-avukati ta’ Technoline kontra l-MPs Nazzjonalisti

20
0
SHARE
Advertisement

Allegazzjonijiet mill-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami dwar Technoline u d-Direttur Maniġerjali Ivan Vassallo, fil-Parlament ilbieraħ ġew miċħuda b’mod kategoriku, f’dikjarazzjoni mill-avukati tal-kumpanija.

Id-dikjarazzjoni żiedet tgħid li l-allegazzjonijiet mhumiex veri, u huma biss tentattiv malizzjuż biex ikompli jżid il-vantaġġ politiku.

“Bżonn Maġistrat b’poter li jibda investigazzjonijiet kontra l-korruzzjoni” – Azzopardi

Technoline qalet li l-allegazzjonijiet li l-kumpanija hija propjetà ta’ Vitals Global Healthcare (VGH), Steward Healthcare International (SHI) jew xi ħadd ieħor relatat mal-Gvern, huma kompletament foloz.

Kif minn €1 taqla’ l-miljuni

Il-fatti li għamlet il-kumpanija:

  • L-unika sid ta’ Gateway Solutions Ltd u Technoline Ltd huwa Ivan Vassallo, wara x-xiri tal-kumpanija fl-2017.
  • La VGI, la SHI u l-anqas għaqdiet oħra ma kisbu lil Technoline Ltd.
  • Is-self li sar biex tinxtara Technoline mis-shareholders ta’ qabel kienet bejn Gateway Solutions Ltd u VGH. Dan huwa garantit b’wegħda fuq l-ishma u fuq l-ekwità personali ta’ Ivan Vassallo.
  • Il-kuntratt tas-‘Supply Chain Management’ kien ibbażat fuq il-pjanijiet inizjali ta’ VGH fuq il-konċessjoni f’Malta u negozju barra minn xtutna.
  • Technoline Ltd dejjem ikkomunika ma’ distributuri lokali f’isem VGH u SHI.
  • Il-ftehim tal-kumpanija ma’ VGH u SHI ma jinkludix l-Gvern jew entitajiet oħrajn.
  • Technoline Ltd mhix iffinanzjata minn entità kummerċjali, VGH jew SHI. Il-linji ta’ kreditu ta’ Technoline Ltd huma biss minn banek lokali.

Id-dikjarazzjoni ttemet billi wisset li l-allegazzjonijiet qed jittieħdu b’serjetà, u li lesti li jieħdu miżuri legali biex jipproteġu r-reputazzjoni ta’  Technoline Ltd.

The post L-avukati ta’ Technoline kontra l-MPs Nazzjonalisti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here