Home Newsbook Infurzar f’Kemmuna: Jitneħħew l-affarijiet miż-żona tal-kampijiet

Infurzar f’Kemmuna: Jitneħħew l-affarijiet miż-żona tal-kampijiet

5
0
SHARE
Advertisement

Click to view slideshow.

Id-Direttorat għall-Infurzar fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), ħa azzjoni biex iż-żona li kienet tintuża għall-kampijiet fil-Bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna titnaddaf. Fi stqarrija, l-ERA spjegat li attivitajiet bħal dawn jaffettwaw l-integrità taż-Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni b’mod negattiv u ma kinux koperti mill-permessi tal-ERA.

L-infurzar kien jinkludi t-tneħħija ta’ tagħmir u ż-żibel relatati mal-ikkampjar, u l-postijiet fejn kienu jitqabbdu l-ħġejjeġ ġew żarmati. Inġabru wkoll iżjed minn tunnellata ta’ materjal, fosthom, tined, arbli reċipjenti, pożati u friex għal tankijiet u sinkijiet. L-affarijiet kollha li nġabru ttieħdu Għawdex bi trasport ta’ skart liċenzjat u ntremaw b’mod ġust.

L-ERA kienet ħarġet ordni ta’ waqfien, biex iwaqqfu lin-nies milli jikkampjaw u biex jingħataw multi lil min jikkampja fiż-żoni protetti. Din l-azzjoni ġiet meħuda f’Diċembru tal-2018.

Mistenni sit ġdid għall-kampijiet f’Kemmuna

The post Infurzar f’Kemmuna: Jitneħħew l-affarijiet miż-żona tal-kampijiet appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here