Home Newsbook Il-maltemp qed joqrob, 47 immigrant għadhom bejn sema u ilma

Il-maltemp qed joqrob, 47 immigrant għadhom bejn sema u ilma

4
0
SHARE
Advertisement

Il-maltemp fil-Mediterran qed jintensifika b’uħud mis-siti meteoroloġiċi kemm Maltin kif ukoll Sqallin qed ibassru li l-urugan fil-Mediterran jaf joqrob lejn Malta iżda s-47 immigrant abbord Sea Watch li ġew salvati fi tmiem il-ġimgħa għadhom bejn sema u ilma.

Kienet l-organizzazzjoni Sea Watch stess li fuq Twitter għamlet appell imqanqal biex tinstab soluzzjoni u biex dawk abbord isibu post sigur li jilqagħhom kemm jista’ jkun malajr. Qalu li l-immigranti jinsabu fil-5 jum wara li ġew salvati mill-għarqa u qiegħdin ibatu b’ħafna kesħa.

Hekk kif il-bastiment Sea Watch 3 beda joqrob lejn Malta, il-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qal li l-portijiet fl-Italja għadhom magħluqa. Tenna li hu neċessarju li Malta tilqa’ lil dan il-bestiment filwaqt li qal li l-Olanda għandha tkun pronta biex tikkollabora ma’ Malta biex tilqa’ lill-immigranti taħt id-direzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell.

Skont il-paġna ta’ Facebook Malta Weather, huma kwazi fiċ-ċert li se jkun hawn urugan fil-Mediterran. Dan ser jifforma dal-lejl lejn il-Lvant ta’ Sardinja b’ċentru li jissejjaħ warm core. Jispjegaw li imbagħad il-maltemp se jimxi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran, fejn se jolqot il-gżejjer Maltin, li jaf iwassal għal mewġ għoli sa 11-il metru. Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku ser ikun hawn arja ta’ pressjoni baxxa fuq Korsika u Sardenja li se testendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Il-maltemp għandu jibqa’ għaddej sa nhar is-Sibt.

Il-Maltese Islands Weather qalet li se jkun hawn sistema ta’ pressjoni baxxa intensa li għandha tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa. Dan għandu joħloq instabbilità madwar ir-reġjun. Din is-sistema se tiżviluppa ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad.

F’din il-mappa tista’ tara l-bastiment Sea Watch 3 ibaħħar lejn Malta:

MarineTraffic.com

The post Il-maltemp qed joqrob, 47 immigrant għadhom bejn sema u ilma appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here