Home Newsbook “Anki l-banek qed jagħlqu l-fergħat fil-lokalitajiet” – Farrugia

“Anki l-banek qed jagħlqu l-fergħat fil-lokalitajiet” – Farrugia

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ddefenda d-deċiżjoni tal-pulizija li jħallu xi għases magħluqa meta qal li anki l-banek Maltin qegħdin jagħlqu l-fergħat f’ċertu lokalitajiet u minflok ipoġġu ATM.

Meta kien qed jitkellem fil-għeluq tad-dibattitu fit-tieni qari dwar emendi fil-kodiċi tal-pulizija, il-Ministru qal li fil-pulizija tieħu ħsieb madwar 45 fix point f’diversi lokalitajiet u li dan qed jwasslu biex pulizija inqalgħu mill-għases.

Huwa qal li filwaqt li għal din sab soluzzjoni billi qed joffri x-xogħol ta’ fixed points bħala overtime lill-istess pulizija, il-Gvern qed jaħdem biex juża’ t-teknoloġija kif isir f’diversi pajjiżi oħra. Dan se jsir bl-instalazzjoni ta’ CCTV cameras u hotline għal kull għassa, biex iċ-ċittadin jinqeda xorta meta l-għases ikunu magħluqa.

Huwa qal li bil-pulizija fl-għases, il-kriminali mhux se jitgerxu. Farrugia spjega kif il-problema tal-Marsa qed tittaffa bl-preżenza tal-pulizija fit-toroq.

Aktar kmieni llum ġew inawgurati 15-il mutur ġdid għall-Pulizija

Il-Ministru jgħid li għandu l-approvazzjoni tal-Knisja dwar il-kremazzjoni

Il-Ministru qal li l-Gvern għandu l-approvazzjoni tal-Knisja  dwar il-kremazzjoni. Huwa qal li bejn l-1996 u 1998 meta kien Ministru tas-Saħħa, kien iltaqa’ mal-Knisja Maltija u esponenti tal-Vatikan li aċċettaw il-pjanijiet tal-Gvern biex jibni faċilita’ fiċ-ċimiterju tal-Addolorata għal kremazzjoni. Huwa qal li wara li ma sar xejn fi 17 –il sena, meta kien responsabbli mill-Planning, iltaqa’ mal-arċisqof attwali u Mons. Scicluna kkonfermalu li nsara jistgħu jiġu kremati.

L-ebda ftehim bejn Muscat u Renzi – Farrugia

Il-Ministru Farrugia ċaħad li kien xi ftehim bejn il-Prim Ministru Malti u l-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi biex l-immigranti jittieħdu mill-Italja. Hu spjega li meta kienu mietu mijiet ta’ nies fl-ibhra tal-Mediterran, il-Gvern Taljan jiddispjaċih ħafna u permezz tal-missjoni Mare Nostrum, bl-appoġġ tal-Fortex bl-Operation Trident meta joħroġ u jiġbor l-immigranti mill-ibhra. Huwa qal li wara li dan il-ftehim kienet inħolqot l-missjoni Sofia li issa l-Gvern attwali jrid jerġa’ jirrevedi dan il-ftehim. Huwa stqarr li meta ikun hemm migranti li jitilfu ħajjithom, huwa falliment kbir.

 

The post “Anki l-banek qed jagħlqu l-fergħat fil-lokalitajiet” – Farrugia appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here