Home Newsbook 15-il mutur ġdid għall-Pulizija

15-il mutur ġdid għall-Pulizija

4
0
SHARE
Advertisement

Click to view slideshow.

Il-Pulizija issa għandhom 15-il mutur ġdid li ngħaqdu mal-flotta eżistenti biex jaqdu dmirijiethom fis-sezzjoni tat-traffiku. Dawn il-muturi tad-ditta BMW inxtraw b’investiment ta’ iżjed minn €210,000.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li bħalissa għaddej investiment kontinwu fis-sezzjoni tat-traffiku. Spjega kif sabiex titijieb is-sezzjoni tat-traffiku, ġew introdotti life saving vests, crash helmets u body cameras. Żied jgħid ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin ser jinxtraw xi vetturi u segways għall-Korp.

Kompla jgħid li qed isir investiment sostanzjali fir-renovar tal-għasses. Riċentament ġiet renovata l-għassa tan-Naxxar, li ġiet anke inkorporata bi branding li tirrifletti l-corporate image tal-Korp. L-istess għassa ġiet mgħammra b’rampa li tati aċċess għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, u anke inħolqot kamra biex vittmi tar-reati jew perusni oħrajn ikunu jistgħu jitkellmu b’mod kunfidenzjali, biex b’hekk jiġu mħarsa d-drittijeit tal-individwi involuti. Bħalissa qed ikompli l-proċess ta’ renovazzjoni madwar l-għasses ta’ Malta u Għawdex.

Farrugia żied jgħid li għat-tieni sena konsekuttiva r-rata tal-kriminalità  f’Malta naqset. Semma wkoll li ser jiżdied l-investiment kontra l-kriminalità organizzata.

Il-Ministru tenna billi rringrazzja lill-uffiċjali tas-sezzjoni tat-traffiku tax-xogħol u d-dedikazzjoni kontinwa, u anke lill-kumpanija Maltija minn fejn inxtraw il-muturi li anke provdiet taħriġ lil dawn l-uffiċjali.

Jakkumpanja lill-Ministru f’din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizijia Lawrence Cutajar. Huwa rringrazzja lis-sezzjoni tat-traffiku tax-xogħol u għad-dedikazzjoni tagħhom.

DOI – CLifton Fenech

The post 15-il mutur ġdid għall-Pulizija appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here