Home Net News Żagħżugħ jindarab gravi f’barriera

Żagħżugħ jindarab gravi f’barriera

6
0
SHARE
Advertisement

Żagħżugħ minn Niġer kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol.

Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12.30hrs waqt li kien qed jaħdem f’barriera f’Wied is-Sewda, f’Ħaż-Żebbuġ.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma ta’ 26 sena kien qed inaddaf makkinarju meta għal xi raġuni ndarab.

Fuq il-post ġie ssejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet.

 

The post Żagħżugħ jindarab gravi f’barriera appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here