Home Net News Tkompli tonqos il-possibbiltà li Emiliano Sala jinstab ħaj

Tkompli tonqos il-possibbiltà li Emiliano Sala jinstab ħaj

18
0
SHARE
Advertisement

Il-Pulizija ta’ Guernsey se tieħu deċiżjoni għada filgħodu jekk hux se tkompli bit-tfittxija għall-ajruplan li għeb u li fih kien il-plejer Emiliano Sala u l-pilot David Ibbotson. Ilbieraħ kienet ukoll ġurnata mingħajr suċċess fit-tfittxija li jinstabu l-persuni u l-ajruplann, biċ-Channel Islands Air Search tikkonferma li hi aktar missjoni ta’ rkuprar milli ta’ salvataġġ.

Fi stqarrija l-Pulizija ta’ Guernsey qalet li wara tfittxija intensiva bl-użu ta’ diversi mezzi u lifeboat għal disa’ sigħat, ma sabu l-ebda traċċa tal-ajruplan. It-tfittxija ġiet sospiża temporanjament matul il-lejl minħabba nuqqas ta’ dawl.

Iċ-chairman ta’ Cardiff Mehmet Dalman qal li hu mar Franza biex jistabilixxi dak li ġara, u qal li se jibqa’ jaħdem sakemm ikollu l-fatti kollha. Cardiff tkellmu mal-familja ta’ Sala u stidnu lill-oħtu biex tmur f’Cardiff. Mistoqsi jekk il-logħba li jmiss ta’ Cardiff kontra Arsenal hux se tkun posposta, Dalman qal li jkun sorpriż jekk ikun hemm xi bidla.

Dalman ikkonferma li Sala kien irrifjuta l-offerta tal-klabb li jirranġa l-vjaġġ lejn u minn Franza. Ir-reazzjoni tal-plejer kienet li ried li jagħmel l-arranġamenti għaliex kien se jdum anqas. Dalman faħħar ukoll ir-reazzjoni tal-partitarji u l-klabbs madwar id-dinja.

The post Tkompli tonqos il-possibbiltà li Emiliano Sala jinstab ħaj appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here